Għat-tmien sena konsekuttiva, iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza Esplora nieda programm edukattiv ġdid għall-iskejjel. Permezz ta’ dan il-programm mimli attivitajiet, u l-metodi ta’ tagħlim li Esplora jħaddan, se tkompli titqanqal il-passjoni lejn is-suġġetti tax-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija, l-Arti u l-Matematika (STEAM).
Il-programm edukattiv għall-iskejjel jinkludi diversi opportunitajiet imħallta ta’ tagħlim, permezz ta’ attivitajiet ta’ Xjenza, workshops prattiċi kif ukoll esperjenzi fil-Planetarium, li huwa immirat għall-istudenti mill-klassijiet tal-Kindergarten ‘il fuq. Filwaqt li l-programm jorbot mal-kurrikulu u s-sillabi, jipprovdi diversi opportunitajiet għall-istudenti biex irawmu l-ħiliet u l-kompetenzi tas-seklu 21 permezz tax-Xjenza.
Biex taqra din l-Istqarrija għall-Istampa, jekk jogħġbok agħfas hawnhekk: STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Programm edukattiv interessanti ieħor f’Esplora għas-sena skolastika 2023-2024 (gov.mt)