Snin wara… l-effetti tal-pandemija fuq is-saħħa mentali

Għaddew numru ta’ snin minn meta żviluppa l-virus tal-Covid-19. F’dawn is-snin, il-bniedem esperjenza tibdiliet kemm drastiċi u oħrajn mhux daqshekk. Kellu jaddatta, u anke jaddotta metodi ġodda li ħafna minnhom għadhom sew magħna. Peress li l-pandemija għadha magħna, tajjeb li ngħarrfu ftit fuq x’qed tħalli warajha.

Esplora pprepara dan is-Science Café biex fih niddiskutu ftit kif qed taffetwana l-esperjenza fil-pandemija mil-lat tas-saħħa mentali. Dan is-Science Cafè qed jittella’ b’kollaborazzjoni ma’ Richmond Foundation li jagħmlu ħafna xogħol fil-qasam tas-saħħa mentali. Magħna ser ikollna diversi esperti minn Richmond Foundation. Kun af dawn l-esperti aktar mill-qrib hawnhekk:

Marie Noelle Lanzon

Marie Noelle għandha Baċellerat fl-Arti fl-iStorja tal-Arti u l-Psikoloġija, kif ukoll Higher Diploma fil-Psikoloġija. Bħalissa hija qiegħda taqra għal Masters fil-Councelling Psychology mal-Università ta’ Malta.

Marie Noelle ilha taħdem ma’ Richmond Foundation għal aktar minn l-aħħar 6 snin u kienet taħdem fuq diversi servizzi ta’ Richmond bħal KIDs u Community Support Services. Hija tinteressa ruħha fit-terapija bl-arti, trawma, il-konnessjoni u disturbi fl-ikel fost l-oħrajn.

Melvin Calleja

Melvin huwa d-Deputat Maniġer tal-Learning & Development Unit fir-Richmond Foundation. Hu wkoll Trainee Systemic Family Therapist. Ilu jaħdem ma’ Richmond Foundation sa mill-2015 fil-qasam tas-saħħa mentali, taħriġ u żvilupp. Qabel, kien ukoll Youth Worker u Research Interviewer.

Melvin għandu esperjenza vasta fl-assistenza lill-adulti b’diffikultajiet ta’ saħħa mentali, biex jerġgħu jintegraw lura fil-komunità u fuq ix-xogħol waqt li jagħti sessjonjiet t’appoġġ għall-gruppi. Melvin huwa Senior Mental Health First Aid Instructor u CPI-MAPA Instructor b’esperjenza fl-oqsma ta’ workshops u korsijiet għal impjegati u maniġers ta’ diversi organizzazzjonijiet.

Noelene Farrugia

Noelene hija Service Leader fil-Mosta Hostel fi ħdan Richmond Foundation u għandha aktar minn 7 snin esperjenza fil-qasam tas-saħħa mentali. Matul is-snin, Noelene ħadmet ma’ gruppi ta’ etajiet differenti, li jvarjaw minn tfal sa adolexxenti u anke adulti u dan għamlitu kemm fil-komunità kif ukoll f’ambjenti residenzjali.

Permezz ta’ Richmond, Noelene kienet involuta b’mod attiv f’taħditiet u taħriġ dwar is-saħħa mentali. Hija kisbet Baċellerat fil-Filosofija u l-Psikoloġija, Higher Diploma fil-Psikoloġija u kompliet l-istudji tagħha fit-terapija sistematika tal-familja biex issir terapista.

esplorasciencecafe_sahhamentali

Featured Video

Esplora STEAM Video

View more

Projects

#ErasmusDays2023

View more