Webinar – Is-Saħħa Mentali fit-Tfal iż-Żgħar – 29 ta’ Lulju 2020

Problemi ta’ saħħa mentali jistgħu jolqtu kemm lill-persuni adulti kif ukoll lit-tfal. Il-benesseri mentali fit-tfal hi importanti daqs is-saħħa fiżika għalhekk il-ġenituri għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jagħrfu s-sintomi mill-ewwel ħalli jilqgħu l-problema fil-bidu tagħha.

 

Dwar dan is-suġġett tant importanti se jittella’ webinar fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Esplora @esploramalta nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Lulju, 2020.

Fost il-mistoqsijiet li se jiġu diskussi waqt dan il-webinar hemm, x’inhuma s-sinjali li jridu joqogħdu attenti għalihom il-ġenituri u x’miżuri jistgħu jieħdu biex jgħinu lil uliedhom jegħlbu perjodi li jistgħu jkunu ta’ stress kbir. Dan il-webinar, bl-isem ta’ Is-Saħħa Mentali fit-Tfal iż-Żgħar se jiġi ndirizzat minn:

 

Dr. Charlie Azzopardi, Terapista – Systemic Family u Ċermen tal-Istitut tat-Terapija tal-Familja, Malta

Is-Sa. Maria Jones, Għalliema tal-Guidance (anti-bullying) fis- Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Istudenti

Fr. Eric Cachia, Direttur ta’ St Patrick’s, Skola tas-Salesjani u Kura Residenzjali

Moderatur: Is-Sa. Giselle Calleja, Senior Executive tar-Relazzjonijiet Pubbliċi, MCST

 

Narawkom fuq il-paġna ta’ Facebook tagħna nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Lulju fis-6.45 pm

 

is-sahha-mentali-website

Featured Video

Esplora STEAM Video

View more

Projects

#ErasmusDays2023

View more