Xjenza Festiva

Gawdi l-ferħ tal-Milied fl-Esplora matul ix-xahar ta’ Diċembru fejn għalikom għandna ppjanati xows mill-isbaħ u attivitajiet fantastiċi li huma ideali kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti. Għaqqad il-ħiliet artistiċi tiegħek ma’ dawk tekniċi biex toħloq diversi oġġetti li huma relatati mal-Milied. Ingħaqad fl-esplorazzjoni divertenti fl-Esplora u skopri li l-maġija tal-Milied u x-xjenza mhux daqshekk differenti minn xulxin!

 

Xjenza Festiva

 

Light Up Your Christmas (Etajiet: 4+) Wasal dak iż-żmien tas-sena fejn nibdew naħsbu kif se nżejnu d-dar! Din is-sena, għalfejn ma tippruvax toħloq id-dekorazzjonijiet tas-siġra tal-Milied inti stess? Jew tpinġi kartolina u ddawwalha biex imbagħad tagħtiha lil xi ħadd speċjali? Din l-attività hi verament divertenti u permezz tagħha titgħallem aktar dwar l-elettriku u fl-istess waqt għandek l-opportunità sabiex tiżvela dak il-lat kreattiv tiegħek.

 

Make a Snowflake Station (Etajiet: 4+)  Qatt użajt il-matematika biex toħloq dekorazzjoni tal-Milied? Ingħaqad magħna għal din l-attività kreattivà fejn permezz tagħha titgħallem kif tuża l-matematika biex toħloq disinji simetriċi tal-borra. Skopri metodi differenti ta’ kif tista’ toħloq dawn il-forom fantastiċi. Ftehmu l-familja kollha sabiex taħdmu flimkien u toħolqu girlanda biex iżżejnu d-dar biha! It-tfal jieħdu ħafna gost jagħmlu din l-attività.

 

Xows tax-Xjenza

 

12 Days of Christmas (Etajiet: 5+): Ara kif irnexxielna nagħtu laqta xjentifika lil din il-kanzunetta tal-Milied daqstant popolari. Ingħaqdu magħna għal xow mimli kuluri, mużika u dimostrazzjonijiet mill-aqwa!

 

Electrobuzz! (Etajiet: 8+): Dan ix-xow tax-xjenza jgħinek tesplora l-elettriku. Biex jasal fis-sokits tad-djar tagħna, l-elettriku jkollu vjaġġ inkredibbli. Iżda kif jirnexxilna nrażżnu l-elettriku naturali? X’inhu ċirkwit? Kif nistgħu niġġeneraw l-elettriku? U kif nistgħu nużaw il-messaġġi elettriċi li jibgħat moħħna biex nikkontrollaw lin-nies? Electrobuzz! huwa miġjub lilkom grazzi għal Identity Malta.

 

Planetarium

 

Tinswex tiċċekjaw ix-xows li għandna għalikom fil-Planetarium dan il-Milied. Segwu Wonders of the Night Sky: Christmas Edition (Etajiet: 3+) fejn fih tistgħu taraw x’qed jagħmlu l-astronawti fuq l-ISS kif ukoll tivvjaġġaw u taraw kif se tkun is-sema Lejlet il-Milied.

 

Għall-iskeda tal-ġimgħa, ġentilment aċċessaw: http://esplora.org.mt/skeda-tal-gimgha/?lang=mt

 

Ninkoraġġukom ukoll sabiex tiċċekkjaw il-Ħinijiet tal-Ftuħ tagħna minn fuq is-sit qabel ma żżuruna. Dawn tista’ ssibhom hawnhekk: https://esplora.org.mt/sighat-ta-ftuh/?lang=mt

 

dec-thematic-website

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more