Skema ta’ Benefiċċji għall-Impjegati Tiegħek

Tixtieq tikkumpensa lill-impjegati tiegħek b’aktar benefiċċji u premjijiet? Qiegħed tfittex xi ħaġa li tkun kemm divertenti kif ukoll edukattiva?

Fl-Esplora, aħna nemmnu li l-impjegati huma parti integrali ta’ kull organizzazzjoni, u t-tkabbir professjonali u personali tagħhom huwa essenzjali kemm għall-benesseri tagħhom kif ukoll biex jaħdmu aktar motivati u effiċjenti fuq il-posttax-xogħol.

Huwa għalhekk li ħriġna b’numru ta’ inċentivi ddisinjati biex jgħinu lin-negozji jżidu mal-iskema ta’ Benefiċċji tal-impjegati tagħhom bl-għan prinċipali li jiżdiedu l-impenn il-motivazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-impjegati.

Esplora joffri aktar minn 200 esebiti interattiv, workshops, xows tax xjenza kif ukoll films u xows tal-Planetarju kollha ddisinjati biex iqanqlu l-immaġinazzjoni u jgħallmu lill-impjegati fil-waqt li jħeġġuhom jistaqsu, jinvestigaw u jiskopru

Żid l-Esplora mal-iskema ta’ benefiċċji tiegħek u kkumpensa lill-impjegati b’benefiċċji u premjijiet flessibli. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 23602300 jew ibgħatilna email fuq info@esplora.org.mt.

 

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more