Benefiċċji Esklussivi għall-Istudenti!
Esplora x-Xjenza bil-Benefiċċji Esklussivi għall-Istudenti!
Fl-Esplora, aħna niddedikaw il-ħidma tagħna biex inrawmu l-kurżità u nagħmlu x-xjenza aċċessibli għal kulħadd. Għalhekk ninsabu kburin sabiex nintroduċu rata ta’ dħul speċjali għall-istudenti. Kemm jekk inti dilettant tax-xjenza, tħobb titgħallem jew qed tfittex l-ispirazzjoni, nistednuk tingħaqad magħna l-Esplora biex tidħol f’dinja ta’ xjenza u skopertà.
Dettalji tal-Biljett tad-Dħul tal-Istudenti:
Għal €6 biss, l-istudenti jistgħu jgawdu aċċess għas-swali ewlenin tal-esebiti tal-Esplora u aktar minn 200 esebit interattiv, kif ukoll jesperjenzaw workshops hands-on u anke shows tax-xjenza divertenti. Imma dan mhux kollox! Bħala student-viżitatur, tkun tista’ tgawdi wkoll minn dawn il-vantaġġi esklussivi:
- 10% roħs mill-EsploraShop
- 10% roħs mill-EsploraCafé
- Latte b’xejn mill-EsploraCafé
- Tiċċelebra l-ġurnata speċjali tiegħek magħna! Matul il-ġimgħa ta’ għeluq snienek, tirċievi biljett wieħed (1) b’xejn ta’ entratura fl-esplora.
Eliġibiltà:
- Il-biljett tad-dħul tal-istudenti huwa disponibbli biss għal individwi li għandhom minn 16-il sena ’il fuq.
- L-offerta tal-biljett tad-dħul tal-istudenti hija estiża għall-istudent internazzjonali, sabiex ikunu jistgħu jesploraw ix-xjenza magħna, irrispettivament minn fejn ikunu.
- Biex tikkwolifika għal din l-offerta, jekk jogħġbok ippreżenta student card valida jew l-acceptance letter għas-sena akkademika kurrenti meta tkun se tixtri l-biljett.
Termini u Kundizzjonijiet:
- Din l-offerta tista’ tkun soġġetta għal bidla jew twaqqif skont id-diskrezzjoni tal-management ta’ Esplora. Kwalunkwe aġġornament għat-termini u kundizzjonijiet jitqiegħed f’din il-paġna.
- Din l-offerta ma tapplikax għall-bookings ta’ gruppi.
- Din l-offerta ma tapplikax waqt avvenimenti speċjali.
- Il-management ta’ Esplora jżomm id-dritt li jivverifika l-identità u l-istatus ta’ student-viżitatur biex jagħmel użu minn din l-offerta.
- L-offerta u l-benefiċċji marbutin magħha ma jistgħux ikunu trasferibbli u ma jistgħux jinbidlu fi flus, oġġetti oħra jew servizzi.
Ingħaqad magħna fl-Esplora u qanqal il-kurżità tiegħek billi tibda vjaġġ ta’ esplorazzjoni xjentifika. Għal aktar informazzjoni dwar il-biljett tad-dħul tal-istudent jew dettalji oħra, jekk jogħġbok ikkuntatja lit-tim tas-servizzi tal-viżitaturi tagħna fuq info@esplora.org.mt.