Ingħaqad magħna dan il-Karnival għat-tieni edizzjoni ta’ KartaFesta, hekk kif l-Esplora bl-aktar mod sostenibbli beħsiebna niċċelebraw il-ferħ li jġibu magħhom it-tradizzjonijiet antiki! Din is-sena, ser nagħtu l-ħajja mill-ġdid lil dawk il-ħiliet u drawwiet li qed jgħibu biż-żmien permezz ta’ attivitajiet bħat-tiswija tal-ħwejjeġ u l-ħjata. Il-viżitaturi huma mħajra jagħmlu l-karta li jiktbu fuqha huma stess u […]
Ftuħ: 7 ta’ Frar sa 4 ta’ Marzu – Wirja immersiva unika ta’ Vjaġġ Spazjali. Lesti ruħek għal avventura li tieħdok lil hinn mill-kwiekeb bil-vjaġġ indimentikabbli li jurik il-misteri tal-qamar permezz tal-wirja temporanja – Moonfall: Il-Legat Rari Lunari. Din il-wirja immersiva li se tiftaħ għall-pubbliku fis-7 ta’ Frar, se toffrilek ċans uniku li tara b’għajnejk waħda […]
Skopri l-Maġija tal-Milied fl-Esplora! Dan il-Milied, l-Esplora ser jittrasforma ruħu fil-fabbrika STEM ta’ Santa Klaus, u se joffri esperjenza tal-Milied indimentikabbli li żżewwaq id-divertiment li jġibu magħhom il-festi mal-meravilja tax-xjenza. Mill-21 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Diċembru, nistednukom taslu wasla sal-Fabbrika STEM ta’ Santa Klaws biex nesploraw b’mod xjentifiku il-maġija tal-Milied permezz ta’ xows interattivi, workshops […]
Bi pjaċir kbir inħabbru r-ritorn tas-Serata għall-edukaturi li se tittella’ fl-Esplora nhar il-Ġimgħa l-20 ta’ Settembru 2024, mis-sitta u nofs (6:30pm) ‘il quddiem fejn iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza se jiftaħ il-bibien tiegħu esklussivament għall-edukaturi. Ingħaqad magħna għal serata divertenti u rilassanti mingħajr ħlas! L-iskeda mħejjija għal din is-serata: • Il-Programm il-ġdid tal-Edukazzjoni: Flimkien nagħtu daqqa t’għajn […]
Bi pjaċir kbir inħabbru r-ritorn tas-Serata għall-edukaturi li se tittella’ fl-Esplora nhar il-Ġimgħa l-20 ta’ Settembru 2024, mis-sitta u nofs (6:30pm) ‘il quddiem fejn iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza se jiftaħ il-bibien tiegħu esklussivament għall-edukaturi. Ingħaqad magħna għal serata divertenti u rilassanti mingħajr ħlas! L-iskeda mħejjija għal din is-serata: • Il-Programm il-ġdid tal-Edukazzjoni: Flimkien nagħtu daqqa t’għajn […]
AVVIŻ IMPORTANTI: *Il-biljetti qed jinħatfu!* Nirringrazzjaw mill-qalb lil kull min diġa’ xtara l-biljetti għall-avveniment ta’ Dino! Bi pjaċir kbir nixtiequ wkoll navżawkom li l-biljetti qed jinbiegħu malajr. Għal dawk li għadhom ma bbukjawx il-biljetti tagħhom, *se jkun hemm għadd limitat ta’ biljetti li se jkunu qed jinbiegħu biss mal-bieb* fuq bażi ta’ first come first […]
Nhar id-9 ta’ Awissu nistidnukom tingħaqdu magħna għal serata mill-isbaħ fejn flimkien magħkom niltaqgħu għall-appuntament annwali li fih niċċelebraw La Notte di San Lorenzo fl-Esplora. Malli tibda tbatti s-sħana tax-xemx, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza se jiftaħ il-bibien tiegħu biex jagħtikom iċ-ċans uniku li żżuru s-swali ta’ esibizzjonijiet varji waqt li tipparteċipaw f’xi wieħed mill-workshops interessanti li […]
Tmiem il-ġimgħa b’attivitajiet sajfin ġewwa l-Esplora! Jekk qed tfittex attivitajiet divertenti għal uliedek dan is-Sajf, ingħaqad flimkien magħna, l-Esplora, kull nhar ta’ Sibt u Ħadd għal “Splash into Science”. Nistednukom tgawdu dan l-istaġun billi tqattgħu kulltmiem il-ġimgħa flimkien magħna u tinvolvu ruħkom f’attivitajiet abbinati mas-Sajf, fejn beħsiebna negħlbu sfidi divertenti li żgur se tieħdu gost […]
L-inġinerija hija l-eqreb ħaġa għall-fenomeni tad- dinja – ESPLORA Summer CAMP ’24 Lesti ruħek biex timbarka fuq vjaġġ eċċitanti flimkien mal-Esplora u l-Universtià ta’ Malta dan is-Sajf fejn ser nipprovaw nigwidawk biex tagħżel il-karriera ideali għalik! Bejn is-27 u t-30 ta’ Awwissu, b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta, l-Esplora se jniedi Kamp tal-Inġinerija għas-Sajf. Din l-avventura ta’ tlett ijiem se tkun immirata għaż-żgħażagħ ta’ bejn it-12 u l-15-il sena u se tikkonsisti minn programm ta’ attivitajiet u workshops […]
Għandna aħbar eċitanti biex naqsmu miegħek! Ir-Racing Team tal-Università ta’ Malta (UM) għażel lil Esplora biex għall-ewwel darba jinawgura karozza ġdida tat-tlielaq, li taħdem bl-elettriku, b’teknoloġija mill-aktar avvanzata u li nħolqot esklussivament minn dan it-team tal-UM! L-UM Racing Team li huwa l-uniku wieħed fil-gżejjer Maltin, huwa magħmul minn studenti universitarji li jagħmlu ħilithom biex ipoġġu […]
Il-kurżita ’hija mutur li jinspira l-moħħ. Meta nħeġġu lil uliedna biex jistaqsu mistoqsijiet siewja, nistimulaw il-kurżita’ tagħhom u dan iwelled il-ferħ tal-esplorazzjoni, li min-naħa tagħha tixpruna lit-tfal jitgħallmu kunċetti ġodda, jaħsbu b’ mod kritiku u jeżerċitaw ir-raġuni. It-tfal tagħkom għandhom interess għas-suġġetti STEM, jiġifieri x-Xjenza, it-Teknoloġija, l-inġinerija u l-Matematika? Interessati li jidħlu ftit iktar fil […]
AĠĠORNAMENT IMPORTANTI: Minħabba l-maltemp mistenni, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu pposponiet dan l-avveniment għal nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju. Bi pjaċir kbir qed noffrulkom l-opportunità unika li żżuru iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora filgħaxija! Jekk tħobb il-piroteknika, nistednuk tingħaqad magħna nhar il-Ħadd 30 ta’ April mis-7.30pm ‘il quddiem, biex tgawdi serata pjaċevoli l-Esplora, fejn filwaqt li tara l-esebiti […]
An event by the Malta Statue Collectors, powered by Esplora Join us on an extraordinary adventure on the 13th and 14th April, as Malta Statue Collectors, in collaboration with Esplora, proudly presents POP Sculptcha, an event that will transport visitors into the heart of pop culture. Pop Sculptcha will be taking centre stage at Esplora […]
Imbarka fuq vjaġġ xjentifiku din ir-rebbiegħa u asal wasla sa l-Esplora fejn iċ-ċentru intereattiv tax-xjenza ser jittrasforma ruħu biex jilqa l-viżitaturi ta’ kull eta’ sabiex matul il-vakanzi tal-iskola niċċelebraw il-festi tal-Għid flimkien! Ingħaqad magħna għal avveniment uniku li se jkun qed jiffoka fuq attivitajiet li fost l-oħrajn jinvolvu ċ-ċikkulata, il-fjuri, l-fniek u sintendi, l-bajd tal-Għid. […]
Esplora is inviting you to be part of the next edition of KurżitàJiem! Interested in inspiring the next generation to pursue a career in Science, Technology, Engineering, and Mathematics (STEM) by communicating your expertise through hands-on activities? Esplora is offering you the space to make this happen! Private entities, non-profit organisations, research institutes and/or governmental […]
Join us for a magical weekend at Esplora by Teatru Malta, as the beloved Il-Qtates ta’ max-Xatt return to the stage! This heartwarming puppet show adaptation, born from the 2019 children’s opera, delves into the sensitive subject of loss through the eyes of a group of singing stray cats. Date: February 24th and 25th, 2024 Time: 11:15am […]
Let’s turn yesterday’s pages into tomorrow’s stories! Saturday 10 February to Wednesday 14 February from 10:00 am to 5:00 pm. Malta’s Carnival is renowned for its lively colours, captivating costumes, artistic expressions, music, and an atmosphere of spontaneity. This year at Esplora, as part of our Carnival festivities, we aim to embody this spirit through […]
From the 26th of December to the 7th of January – 9:00 AM to 3:00PM Esplora is spreading holiday cheer with an extra dash of science shows & activities this festive season! From December 26th to January 7th, our doors will swing open bright and early at 9:00 AM, welcoming both the curious minds and […]
Santa, together with Mrs Claus and the elves will be travelling to Esplora to meet the children during our fantastic event – Breakfast with Santa.Tickets for this event need to be purchased in advanced from: https://www.showshappening.com/Esplora-Interactive-Science-Centre/Breakfast-with-Santa-at-Esplora?fbclid=IwAR3uqMLOBWwiNqGUZZgfngYf8RkLFQPJ_1rFgN2gdEOVUWMkmOl5Y9UMAVc What’s in store for you:• Christmas-themed Planetarium Show• Fascinating Science Show• Photo Opportunity with Santa• A Goody Bag will be […]
Get ready for a dazzling Christmas extravaganza like no other at Esplora Interactive Science Centre. This year, we’re turning up the holiday magic to the max, blending the enchantment of the season with the excitement of science and technology. Join us for Esplora Christmas Wonderland, from 8th December 2023 to 7th January 2024 from 6:00pm […]
Seba’ snin ilu, Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza fetaħ il-bibien tiegħu għal dinja ta’ skoperta u meravilji. Minn dak il-jum importanti, bdejna vjaġġ inkredibbli ta’ esplorazzjoni xjentifika u impenn fil-komunità. Biex infakkru dan it-tragward importanti, nixtiequ nistednukom sabiex tingħaqdu magħna għal jumejn ta’ ċelebrazzjoni nhar it-18 u 19 ta’ Novembru bejn id-9 ta’ filgħodu u l-5 […]
Il-kunċett ta’ Mindfulness huwa metodu ta’ kif jitħarreġ il-moħħ sabiex ikun aktar preżenti u konxju f’dak il-mument. Huwa wkoll mod kif nosservaw dak li qed jiġri ġewwa fina, kif ukoll madwarna, b’ kurżità u mingħajr ġudizzju, u minflok neżerċitaw imħabba, qalb tajba u kompassjoni. Għalfejn huwa ta’ benefiċċu għat-tfal li jipprattikaw il-Mindfulness? Permezz tal-prattika ta’ diversi metodi […]
Esperjenza Halloween b’mod differenti! B’ħerqa kbira nippreżentawlkom Cirque Bizarre – fużjoni ta’ xjenza, meravilji u misteri! Il-Lejla ta’ Halloween – 31 t’Ottubru Ingħaqad magħna fil-31 t’Ottubru filgħaxija, fejn id-divertiment jibda fis-6 pm u jibqa’ sejjer sal-10 pm. Ipprepara biex tiġi ttrasportat f’post fejn ix-xjenza tiltaqa’ mal-eċċentriku hekk kif iċ-ċentru tax-xjenza se jinbidel f’ċirku taħt id-dija […]
Esplora, bil-kollaborazzjoni ma’ Little Legends, huma ħerqana biex iħabbru workshop drop-in li hu mmirat għal familji bi tfal ta’ bejn it-18-il xahar u s-6 snin. Dan il-workshop interattiv, li se jsir fil-Little Esploras Science Theatre, se jipprovdi esperjenza multisensorjali dwar l-għeġubijiet tan-natura, li jippermetti lit-tfal jesploraw u jitgħallmu permezz ta’ attivitajiet hands-on. Dan il-workshop huwa […]
Ingħaqad magħna fl-Esplora nhar l-1 t’Ottubru mil-10 ta’ filogħdu sas-2:30 ta’ waranofsinhar hekk kif ser nerġgħu nilqgħu magħna lit-tim wara l-proġett Saving Our Blue. Din l-attività hija opportunità meraviljuża għall-viżitaturi kollha biex isiru jafu aktar dwar ix-xogħol importanti li qed isir f’dan il-proġett f’dak li huwa l-qasam tal-konservazzjoni f’Malta bl-għan li jipproteġi u jippreserva l-ambjent […]
Ingħaqad magħna biex niċċelebraw Pride 2023 fl-Esplora u idħlu f’dinja ta’ festa xjentifika mimlija kulur. Matul dan l-avveniment iċ-ċentru tax-xjenza se jkun mixgħul b’kuluri differenti. Il-viżitaturi se jkollhom iċ-ċans jesploraw is-sbuħija tal-qawsalla, jesploraw dellijiet differenti, jidħlu ġo bużżieqa kbira, jaraw il-fjamma tbiddel il-kulur u joħolqu disinji kkuluri bl-użu ta’ oġġetti komuni li ssib fid-dar. U […]
Ingħaqad magħna fl-Esplora nhar is-26 u s-27 t’Awwissu mil-10 ta’ filogħdu sas-1 ta’ waranofsinhar hekk kif ser nerġgħu nilqgħu magħna lit-tim wara l-proġett Saving Our Blue. Din l-attività hija opportunità meraviljuża għall-viżitaturi kollha biex isiru jafu aktar dwar ix-xogħol importanti li qed isir f’dan il-proġett f’dak li huwa l-qasam tal-konservazzjoni f’Malta bl-għan li jipproteġi u […]
Ippreparaw ruħkom għal attività mimlija azzjoni hekk kif bi pjaċir inħabbru avveniment maqsum fuq jumejn bl-isem ta’ Gears & Wheels: Niżvelaw ix-Xjenza tal-Karozzi tat-Tlielaq. Avveniment li permezz tiegħu se tidħlu fid-dinja tal-karozzi tat-tlielaq u x-xjenza avvanzata li dan il-qasam huwa mdawwar biha. Immarkaw il-kalendarju tagħkom għal nhar is-Sibt 19 u l-Ħadd 20 t’Awwissu u ngħaqdu […]
Ingħaqad magħna fl-Esplora nhar id-29 u t-30 ta’ Lulju mill-10 ta’ filgħodu sas-1 ta’ waranofsinhar hekk kif nilqgħu magħna lit-tim wara l-proġett Saving Our Blue. Din l-attività hija opportunità meraviljuża għall-viżitaturi kollha biex isiru jafu aktar dwar ix-xogħol importanti li qed isir f’dan il-proġett f’dak li huwa l-qasam tal-konservazzjoni f’Malta bl-għan li jipproteġi u jippreserva […]
Esplora, bil-kollaborazzjoni ma’ Little Legends, huma ħerqana biex iħabbru workshop drop-in li hu mmirat għal familji bi tfal ta’ bejn it-18-il xahar u s-6 snin. Dan il-workshop interattiv, li se jsir fil-Little Esploras Science Theatre, se jipprovdi esperjenza multisensorjali dwar l-għeġubijiet tan-natura, li jippermetti lit-tfal jesploraw u jitgħallmu permezz ta’ attivitajiet hands-on. Dan il-workshop huwa […]
Ippreparaw ruħkom għal divertiment kbir waqt il-ħinijiet ta’ ftuħ ta’ filgħaxija ta’ Esplora! Ninsabu ferħanin ħafna biex nilqgħukom lura fiċ-ċentru tax-xjenza għal serata indimentikabbli. Ħudu nota fuq il-kalendarju għal nhar l-Erbgħa, 9 ta’ Awwissu, 2023, għax dan se jkun avveniment li ma jintilifx! Hekk kif ix-xemx tkun nieżla u l-eċitament jibda jikber, lestu ruħkom biex […]
Dan is-sajf, aħrab is-sħana qawwija ta’ barra u ejja l-Esplora għal vjaġġ ta’ skoperta. Din is-sena ninsabu ħerqana biex nintroduċulkom pakketti ta’ biljetti speċjali immirati għall-familji u l-ħbieb. Grazzi għal ambjent bi klima kkontrollata, tim ta’ persuni li jafu sew is-suġġett tax-xjenza u esperjenza edukattiva iżda divertenti, m’hemmx post aħjar fejn tista’ tqatta’ l-ġranet tas-sajf […]
Ingħaqad magħna għal esperjenza lil hinn mid-dinja* permezz tas-Summer Camp Spazjali ta’ Esplora ma’ ASM! Organizzat miċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Esplora b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Astronomika ta’ Malta (ASM), dan is-summer camp huwa perfett għal dawk it-tfal li jaffaxxinaw ruħhom mill-misteri tal-ispazju. Imtella’ mill-25 sat-28 ta’ Lulju, il-parteċipanti se jmorru fuq vjaġġ inkredibbli permezz ta’ sensiela ta’ workshops […]
Il-Mindfulness huwa mod ta’ kif tħarreġ il-moħħ biex ikun fil-preżent, jiġifieri, li l-konxju tiegħek ikun f’dak il-mument. Huwa wkoll mod kif nosservaw b’mod kurjuż u mingħajr ġudizzju dak li qed jiġri ġewwa fina, kif ukoll madwarna permezz ta’ imħabba, qalb tajba u kompassjoni. Għalfejn il-prattika tal-Mindfulness hija ta’ benefiċċu għat-tfal? Permezz tal-prattika ta’ diversi tekniki […]
Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) u Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza se jikkollaboraw ma’ wieħed mill-aktar mużewijiet importanti fl-Amerika, iċ-Ċentru tax-Xjenza u Industrija (COSI) sabiex itellgħu roadshow uniku bil-għan li jippromwovu x-xjenza u t-teknoloġija fost il-komunitajiet Maltin. COSI għandu wieħed mill-akbar programmi edukattivi ta’ attivitajiet fil-komunità fl-Istati Uniti. Dan l-avveniment jirrappreżenta l-ewwel kollaborazzjoni tax-xorta tiegħu […]
Il-Konferenza Ecsite se tittella’ f’Malta bejn l-14 u s-17 ta’ Ġunju. Ecsite isservi bħala n-network Ewropew għal Ċentri tax-Xjenza u Mużewijiet. Din il-konferenza hija l-aktar laqgħa prominenti fl-Ewropa ta’ professjonisti li huma nvoluti fil-qasam tax-xjenza. Huwa mistenni li fil-jiem li ġejjin f’Malta jaslu aktar minn 900 professjonist mid-dinja kollha biex jieħdu sehem f’din il-konferenza. Din […]
Żjara fl-Esplora huwa mod tajjeb ħafna kif tqatta’ tmiem il-ġimgħa, u issa jista’ jkun aħjar! Nhar is-Sibt 27 u l-Ħadd 28 ta’ Mejju, Esplora qed joffri Promozzjoni Speċjali ta’ Tmiem il-Ġimgħa fejn viżitaturi li jonfqu €10 jew aktar fuq biljetti tad-dħul se jirċievu €4 lura mix-xiri totali tagħhom. Biex tieħu vantaġġ minn din l-offerta, trid […]
Skopri l-Importanza tan-Naħal mal-Esplora fil-Jum Dinji tan-Naħal! Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza ta’ Malta, b’ferħ iħabbar iċ-ċelebrazzjonijiet tiegħu għall-okkażjoni tal-Jum Dinji tan-Naħal nhar id-19 ta’ Mejju bejn id-9 ta’ filgħodu u t-3 ta’ waranofsinhar u nhar l-20 ta’ Mejju bejn l-10 ta’ filgħodu u l-5 ta’ filgħaxija. Dan l-avveniment, li se jittella’ fuq jumejn, huwa maħsub […]
Ninsabu ħerqana biex nilqgħukom lura l-Esplora biex tgawdu ċ-ċentru tax-xjenza filgħaxija! Ingħaqdu magħna nhar il-Ħadd 30 t’April għall-ħinijiet ta’ ftuħ ta’ filgħaxija fejn tkunu tistgħu tesploraw iċ-ċentru interattiv tax-xjenza, tipparteċipaw f’xows tax-xjenza divertenti u tesperjenzaw il-wirja sabiħa tal-logħob tan-nar tal-gran finale tal-Malta International Fireworks Festival, filwaqt li tgawdu wkoll il-veduti sbieħ tal-Port il-Kbir. Matul din […]
Il-Mindfulness huwa mod ta’ kif tħarreġ il-moħħ biex ikun fil-preżent, jiġifieri, li l-konxju tiegħek ikun f’dak il-mument. Huwa wkoll mod kif nosservaw b’mod kurjuż u mingħajr ġudizzju dak li qed jiġri ġewwa fina, kif ukoll madwarna permezz ta’ imħabba, qalb tajba u kompassjoni. Għalfejn il-prattika tal-Mindfulness hija ta’ benefiċċu għat-tfal? Permezz tal-prattika ta’ diversi tekniki […]
Qed tfittex post fejn tmur waqt il-vaganzi tal-Għid il-Kbir? Ingħaqad magħna fl-Esplora fejn se nittrasformaw iċ-ċentru f’post mimli attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-ispazju. Minn astronawti għall-gallassji, vetturi spazzjali, satelliti u rovers lunari… fiċ-ċentru tax-xjenza din il-ġimgħa se ssibu minn kollox! Il-viżitaturi se jkollhom iċ-ċans li jiskopru l-misteri tal-ispazju waqt avveniment divertenti ħafna! U għal dawk […]
Il-Mindfulness huwa mod ta’ kif tħarreġ il-moħħ biex ikun fil-preżent, jiġifieri, li l-konxju tiegħek ikun f’dak il-mument. Huwa wkoll mod kif nosservaw b’mod kurjuż u mingħajr ġudizzju dak li qed jiġri ġewwa fina, kif ukoll madwarna permezz ta’ imħabba, qalb tajba u kompassjoni. Għalfejn il-prattika tal-Mindfulness hija ta’ benefiċċu għat-tfal? Permezz tal-prattika ta’ diversi tekniki […]
Wasal iż-żmien li nitilgħu fl-ispazju waqt l-attività mimlija divertiment li Esplora se jtella’ fil-weekend ta’ qabel jibdew il-vaganzi tal-iskola tal-Għid il-Kbir. Avveniment li mhux ta’ min jitilfu! Esplorazzjoni tal-Ispazju huwa avveniment eċitanti mmirat għal tfal ta’ bejn il-5 u l-10 snin. Flimkien se naraw live show fl-EsploraPlanetarium bit-tema tal-ispazju u anke nipparteċipaw f’workshop divertenti. Attivitajiet […]
Żmien il-Karnival huwa divertenti ħafna f’Malta. Huwa żmien iddominat minn kuluri sbieħ, kostumi elaborati, karrijiet oriġinali, arti, mużika u fuq kollox spontanjetà. Huwa żmien speċjali wkoll għat-tfal għax għandhom l-opportunità li jilbsu kostum ta’ xi karattru favorit, jagħmlu l-make-up ma’ wiċċhom, jieklu l-ħelu u saħansitra jgħaddu ħafna ħin mal-familja u mal-ħbieb tagħhom. Il-vaganzi tal-Karnival huma […]
ESEBIZZJONI TA’ KREATURI TAL-BAĦAR MAGĦMULA MINN inflatables ta’ daqs reali u bosta attivitajiet! Trid tara balena żgħira ta’ 4 metri jew mudelli ta’ daqs reali ta’ denfil, kelb tal-baħar u fekruna tal-ilma? Issa huwa ċ-ċans tiegħek hekk kif Esplora se tiftaħ il-bibien tagħha għal Discovering the Big Blue – the Marine Wildlife Exhibition. L-Għan L-għan […]
X’inhuma l-isbaħ memorji tiegħek tal-Milied? Ikla mal-familja jew mal-ħbieb, is-siġra tal-Milied, id-dar mimlija dekorazzjonijiet, il-mulled wine jew ir-rigali? F’dawn il-jiem ta’ festi inħeġġuk biex iżżid mal-memorji maġiċi tiegħek u tingħaqad magħna fl-Esplora hekk kif iċ-ċentru tax-xjenza jipprepara biex jiċċelebra l-istaġun tal-festi. Bejn is-Sibt 17 ta’ Diċembru 2022 u l-Ħadd 8 ta’ Jannar 2023, Esplora se […]
Żgur li ma jkunx Milied mingħajr Santa Klaws! Fortunatement Santa flimkien mas-Sinjura Klaws u l-elfi tagħhom se jkunu qed jivvjaġġaw lejn l-Esplora biex jiltaqgħu mal-Esploraturi ż-Żgħar li se jipparteċipaw waqt l-avveniment meraviljuż tagħna – Kolazzjon ma’ Santa. Ingħaqad magħna nhar is-17 ta’ Diċembru bejn id-9 ta’ filgħodu u nofsinhar għal dan l-avveniment divertenti. It-tfal se […]
Esplora, Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza se jiddedika weekend sħiħ biex jiċċelebra l-Ġurnata Mondjali tat-Tfal. Dan se jagħmlu billi joffri wħud mill-aktar xows tax-xjenza popolari kif ukoll l-opportunità sabiex wieħed jiltaqa’ ma’ diversi xjentisti li se jkunu qegħdin jaqsmu l-esperjenza tax-xogħol tagħhom mal-viżitaturi. Apparti minn dan, il-familji li se jżuru ċ-ċentru interattiv nhar is-Sibt 19 ta’ Novembru […]
Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek! Għandek xi stejjer jew memorji x’tirrakonta dwar l-Isptar Navali ta’ Bighi? Bħala parti mill-proġett ta’ riċerka artistika RNH Bighi through Communities’ Stories, aħna interessati li niltaqgħu ma’ nies li għandhom memorji ta’ Bighi, ibbażati fuq l-esperjenza personali tagħhom jew tal-qraba tagħhom, bħala: eks ħaddiema tas-servizz nisa tas-servizz li attendew klassijiet tal-maternità fis-snin ta’ wara […]
Il-faxxinu għax-xjenza forensika kiber ħafna f’dawn l-aħħar ftit snin, u ż-żieda fil-popolarità tal-programmi televiżivi kif ukoll tal-kotba li jkopru dan is-suġġett, għenu biex tissolidifika din is-CSI-mania madwar id-dinja. Dan il-Halloween, fl-Esplora, ħloqna avveniment tematiku speċjali li jiffoka fuq ix-xjenza forensika. Il-viżitaturi tagħna huma mistiedna jilbsu l-kpiepel tax-xogħol tal-investigaturi, jidħlu fid-dinja tax-xena tal-kriminalità u tal-investigazzjoni u […]
Skopri d-dinja diġitali, ir-robotika u l-coding waqt il-MaltaPi Back-to-School Hackaton li se tittella’ fl-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza bejn is-17 u t-18 ta’ Settembru. Matul dawn il-jumejn, il-viżitaturi se jkunu mistiedna biex jesperimentaw b’microcontrollers, robots u pjattaformi billi jużaw programmi sempliċi u bihom jibnu xi affarijiet. Il-MaltaPi Back-to-School Hackaton hija vetrina għal dawk kollha li jixtiequ […]
Għall-Edukaturi tal-Kindergarten u tal-Iskola Primarja (Snin 1-4) Wara r-rispons pożittiv li kellna minn edizzjonijiet passati, Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza ra l-ħtieġa li għal darb’oħra jorganizza l-kors STEM through Storytelling għall-edukaturi. L-għan ta’ dan il-kors huwa li jgħin lill-edukaturi jiskopru kif jistgħu jagħmlu użu minn stejjer biex iqanqlu l-interess tat-tfal dwar is-suġġetti STEM. Waqt dan […]
Inti edukatur li qed tippjana s-sena skolastika li jmiss? Ingħaqad magħna l-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza nhar l-20 ta’ Settembru bejn is-6:30 pm u l-10:30 pm. B’hekk tkun tista’ tara kif Esplora tista’ tintuża bħala estensjoni tal-klassi! Matul din is-serata tkun tista’ tinteraġixxi ma’ aktar minn 200 esebit u tiskopri kif tista’ tuża ċ-ċentru tax-xjenza […]
Esplora huwa l-post perfett minn fejn tista’ tgawdi l-wirja spettakolari tan-nar ta’ La Notte di San Lorenzo. Apparti mill-ħinijiet normali ta’ ftuħ bejn id-9 am u t-3 pm, nhar it-Tlieta 9 t’Awwissu, Esplora se jiftaħ ukoll filgħaxija bejn is-7.30 pm u l-11.30 pm. Matul dawn il-ħinijiet ta’ ftuħ, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jimirħu madwar […]
👩🏻: Isma, ġieli mort l-Esplora? 👱♂️: Għadni le. M’għandix tfal imma xi darba mmur bin-neputija! 👩🏻: M’għandekx bżonn tfal biex tmur. L-aħħar darba mort ma’ ħabibti, tal-ġenn eh! 👱♂️: Eh tajjeb, immorru bħala grupp? 👩🏻: Ħa jagħmlu event għal kbar biss fl-1 ta’ Lulju… X’nagħmlu? 👱♂️: Iiii bomba… Ħa niċċekkja l-paġna ta’ FB u naqta’ […]
Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, b’kollaborazzjoni maċ-Ċentru tax-Xjenza NEMO, iċ-Ċentru tax-Xjenza Cosmo Caixa, Inizjamed u l-Aġenzija Żgħażagħ qed jorganizzaw Seminar ta’ Konklużjoni bl-isem ta’ Empowering Youths in STEM through the Arts. Dan is-seminar se jsir nhar it-Tlieta 10 ta’ Mejju mit-8.30 am san-12.30 pm fis-Sala tal-EsploraPlanetarium. Matul dan is-seminar, il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità li jsiru jafu […]
Esplora huwa l-post perfett minn fejn tista’ tgawdi l-wirja spettakolari u kkulurita tal-Grand Final tal-Malta International Fireworks Festival. Apparti mill-ħinijiet normali ta’ ftuħ bejn l-10 am u s-6 pm, nhar is-Sibt 30 t’April, Esplora se jiftaħ ukoll filgħaxija bejn is-7 pm u l-11 pm. Matul dawn il-ħinijiet ta’ ftuħ, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jimirħu […]
Il-kurżità għinitna navvanzaw bħala soċjetà u għalhekk ir-riċerka dejjem kellha rwol importanti f’ħajjitna. Sa mill-bidu nett, il-bniedem kien kurjuż, staqsa mistoqsijiet u pprova jiskopri modi ġodda ta’ għixien. KurżitàJiem hija ġimgħa speċjali fl-Esplora hekk kif permezz tagħha niċċelebraw ir-riċerka u r-riċerkaturi lokali. Il-viżitaturi se jkunu jistgħu jiltaqgħu ma’ diversi riċerkaturi, NGOs u istituzzjonijiet akkademiċi li […]
Bħala parti mill-proġett EY-STEAM Erasmus+, Esplora se tkun qed torganizza tliet sessjonijiet ta’ Science Cafese. Waqt dawn is-sessjonijiet li jġibu l-isem ta’ ‘Unlocking AI- Can you crack the code?’, se nkunu qed nindirizzaw diversi miti u kunċetti żbaljati dwar l-intelliġenza artifiċjali. Dan se nagħmlu billi niddefinixxu x’inhi l-intelliġenza artifiċjali u x’kapaċi tagħmel. Parti minn dan […]
A Child Who Reads will be an Adult who Thinks (Tifel li jaqra jsir Adult li jaħseb) Ilkoll nafu kemm hi importanti l-imħabba lejn il-qari; u huwa daqstant ieħor kruċjali li t-tfal jiġu mrawma sa minn età żgħira sabiex jikkultivaw din l-imħabba. Is-sessjonijiet ta’ qari huma edukattivi, divertenti u interessanti; u jgħinu wkoll biex titqanqal […]
Żmien il-Karnival huwa żmien speċjali għat-tfal għax jistgħu jilbsu l-kostum, ipinġu xi disinji fuq wiċċhom, jieklu ħelu tradizzjonali u jgħaddu ftit ħin mal-familja u mal-ħbieb. Fl-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, din is-sena, riedna nsibu mod ta’ kif ndaħħlu d-divertiment tal-Karnival fix-xows tax-xjenza u l-workshops tagħna u fl-istess waqt naraw li t-tfal jieħdu pjaċir, ikunu ispirati u […]
Milied fl-Esplora X’hemm aħjar milli tiċċelebra Milied b’attivitajiet xjentifiċi li joħolqu kurżità? Il-maġija ta’ dan l-istaġun festiv tibqa’ magħna anke meta nikbru u huwa dan it-tip ta’ faxxinu u kurżità li jgħin kemm tfal, kif ukoll adulti jifhmu d-dinja aħjar. Il-kurżità hija parti importanti f’kull ħaġa li nagħmlu fl-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza. Nixtiequ li intom […]
Żmien il-Milied huwa perjodu fejn ħafna jingħaqdu mal-familja tagħhom biex jesperjenzaw mumenti ta’ ferħ u għaqda. Mibni fuq dan il-ħsieb, din is-sena l-Esplora se jkun qed jispira lill-familji biex iqattgħu aktar ħin flimkien f’atmosfera tal-Milied permezz tal-promozzjoni Milied man-Nanniet. Ngħiduha kif inhi, x’hemm isbaħ milli tgħaddi ftit ħin man-neputijiet tiegħek? Tul din il-promozzjoni, li se […]
Ingħaqdu magħna ġewwa l-Esplora s-Sibt 23 ta’ Ottubru sabiex tipparteċipaw f’wieħed mit-tlett workshops ippreparati għal tfal ta’ etajiet bejn il-ħames u sittax-ilsena, b’kollaborazzjoni ma’ Lignin Stories, Spazju Kreattiv u l-Universita’ ta’ Malta. Bl-involviment tal- istejjer, logħob diġitali u żfin, se nkunu qegħdin inwasslu lilkhom informazzjoni dwar l-għanijiet għal Żvilupp Sostenibbli , magħrufin bħala ‘Sustainable […]
Ħinijiet tal-Ftuħ b’tema tal-Halloween Dan il-Halloween, ingħaqad magħna għal avventura stramba li se teħodna fid-dinja intriganti tax-xjenza. Ġimgħa sħiħa mimlija attivitajiet tax-xjenza kemxejn differenti, wirjiet sorprendenti u esperimenti tal-għaġeb li se jiddevertu lill-familja kollha. Ibda l-avventura tiegħek billi tesplora ċ-ċentru tax-xjenza li se jkun mibdul f’dinja stramba mimlija oqbra, għanqbud u qargħa aħmar. Imbagħad esplora […]
Skopri aktar dwar is-Siġar fil-Komunità tiegħek. Esplora ingħaqad ma’ GLOBE Malta u l-Ambaxxata Amerikana f’Malta. Biex tipparteċipa fil-#TreesChallenge trid tidentifika siġar madwar il-Gżejjer Maltin u mbagħad tkejjel l-għoli tagħhom bl-użu tal-App tan-NASA, GLOBE Observer. Għaliex is-siġar huma importanti? Matul l-aħħar għexieren ta’ snin, ħraqna ħafna fjuwils fossili u minħabba f’hekk tfajna ħafna dijossidu tal-karbonju fl-arja. […]
Nhar it-Tnejn, 20 ta’ Settembru, Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza se jiftaħ filgħaxija bejn is-6.30pm u l-10.30pm. Matul dawn il-ħinijiet ta’ ftuħ, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jimirħu madwar l-esebiti u jinteraġixxu magħhom, kif ukoll jipparteċipaw f’xow fantastiku tax-xjenza li hu relatat mat-tema kurrent fl-Esplora, Insiru Nafu Ġisimna. Esplora se jkun ukoll il-post perfett minn fejn […]
Esplora, b’kollaborazzjoni mal-awtriċi ta’ Ride the Feeling, Aunty Sab u mat-tim ta’ MyMama, qed jorganizza workshop bl-isem ta’ Ride the Feeling Storytelling Workshop. Fih, tfal ta’ bejn 5 u 8 snin jistgħu jattendu għal sessoni ta’ rakkonti ta’ stejjer, fejn fl-istess waqt il-ġenituri / gwardjani tat-tfal ikunu jistgħu jattendu għal taħdita dwar kif għandek titkellem […]
Ġisimna huwa magna ħajja li jopera binhar u billejl mingħajr waqfien. Minn Lulju sa Novembru, Esplora se jiffoka fuq it-tema ta’ Insiru Nafu Ġisimna, fejn l-attivitajiet kollha se jkunu relatati mas-saħħa fiżika u mentali tagħna. L-għan ta’ dawn l-attivitajiet hu biex nifhmu aħjar l-affarijiet affaxxinanti li kapaċi jagħmel ġisimna. Hawnhekk għandkom lista kompluta tal-attivitajiet fl-Esplora […]
Fl-Esplora, nħeġġu u nappoġġjaw proġetti li jinkoraġġixxu inizjattivi li huma favur ambjent aħjar. Nimmiraw kontinwament biex niġġeneraw għarfien dwar is-sostenibbiltà u l-ħtieġa li nipproteġu l-ambjent ta’ madwarna. Wieħed minn dawn il-proġetti huwa l-wirja Art in Waste tal-artisti, Hermine Sammut u Matthew Turner, li se tkun esebita fl-Esplora. Dawn iż-żewġ artisti ħolqu xogħlijiet tal-arti minn skart […]
Climate Revolution hija produzzjoni teatrali live li hija miġjuba lilkom minn Toi Toi: Teatru Manoel Education Programme u se ssir fl-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza nhar is-Sibt, 12 ta’ Ġunju, 2021 u l-Ħadd 13 ta’ Ġunju 2021. Se jkun hemm 2 rappreżentazzjonijiet kuljum – waħda fil-11 ta’ filgħodu u l-oħra fis-2.30 ta’ waranofsinhar. Storja: Il-kriżi fil-klima […]
Għal snin twal, nies madwar id-dinja kienu affaxxinati mill-misteri tal-ispazju. L-astronomija u l-esplorazzjoni tal-ispazzju biddlu dak li kienu ġa jafu u hemm ħafna affarijiet oħra li għadna rridu niskopru. Iżda aktar ma nitgħallmu fuq l-ispazju, aktar nindunaw kemm hija speċjali l-pjaneta tagħna u kemm huwa importanti li nipproteġuha u ngħożżuha. Fix-xhur ta’ Mejju u Ġunju, […]
Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza reġa’ fetaħ il-bibien tiegħu. Ninsabu verament eċċitati biex nilqgħukom lura maghna fic-ċentru tax-xjenza. Il-preparamenti tlestew kollha biex noffrulkom esperjenza sabiħa! Iċ-Ċentru tax-Xjenza qed jopera b’ammont limitat ta’ viżitaturi skont il-Linji Gwida tal-Covid-19 maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika. Qed niżguraw ukoll li ċ-ċentru jkun konformi mar-regolamenti kollha tas-saħħa u sigurtà li tista’ tiċċekkja […]
Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, għalaq il-bibien tiegħu b’mod temporanju u r-riżorsi tagħna se jkunu ffukati biex noħolqu attivitajiet ġodda u interattivi permezz tal-midja u anke onlajn. Dan jiżgura wkoll illi nkomplu nwettqu l-missjoni primarja tagħna – dik li nżidu l-interess fis-suġġetti STEM mill-ġenerazzjoni żagħżugħa.
Żur l-Esplora wara l-iskola u gawdi ċ-ċentru interattiv b’mod aktar rilassat. Ibda tmiem il-ġimgħa magħna – skopri x-xjenza wara l-ħinijiet normali ta’ ftuħ tal-Esplora u esperjenza Xows tax-Xjenza u Films tal-Planetarium. Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza se jkun miftuħ kull nhar ta’ Ġimgħa bejn is-2 ta’ waranofsinhar u t-8 ta’ filgħaxija. Waqt Esplora wara l-Iskola, tfal taħt […]
Kariżmatiku, intelliġenti u jaf jitkellem… Zed, ir-robot tal-Esplora se jerġa’ jżur iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza sabiex jiltaqa’ mat-tfal (u adulti!) nhar il-Ħadd 17 ta’ Jannar fin-12.30. Ingħaqad magħna fl-Esplora għal ġurnata sabiħa u ħu din l-opportunità sabiex tieħu selfie b’distanza soċjali mar-robot favorit ta’ kulħadd. Tella’ s-selfie tiegħek fuq Facebook u għamlilna tag fuq @esploramalta 😊 […]
Fl-Esplora nemmnu li għandna ngħinu lill-ġenerazzjoni żagħżugħa sabiex tkun aktar konxja rigward ir-relevanza u l-importanza ta’ STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika) fil-ħajja ta’ kuljum. Nippruvaw ukoll nispiraw u ninkoraġixxu liż-żgħażagħ biex jagħżlu dawn is-suġġetti fl-iskola ħalli jkunu jibnu karriera f’waħda mill-oqsma STEM. It-tema prinċipali tal-attivitajiet fl-Esplora, bejn Jannar u Marzu, se tkun iffukata fuq […]
L-eċitament li tiskopri oġġett ġdid kuljum jaffaxxina lil kulħadd, speċjalment lit-tfal. Minħabba f’din ir-raġuni, il-Kalendarji tal-Avvent saru popolari ħafna! Jekk din is-sena qed tfittex kalendarju oriġinali li permezz tiegħu tkun tista’ tgħaddi ftit aktar ħin mat-tfal, mela l-Kalendarju Xjentifiku tal-Avvent tal-Esplora huwa ideali għalik. Dan il-kalendarju se tkunu tistgħu tniżżluh minn fuq il-sit tagħna b’xejn. […]
Gawdi l-ferħ tal-Milied fl-Esplora matul ix-xahar ta’ Diċembru fejn għalikom għandna ppjanati xows mill-isbaħ u attivitajiet fantastiċi li huma ideali kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti. Għaqqad il-ħiliet artistiċi tiegħek ma’ dawk tekniċi biex toħloq diversi oġġetti li huma relatati mal-Milied. Ingħaqad fl-esplorazzjoni divertenti fl-Esplora u skopri li l-maġija tal-Milied u x-xjenza mhux daqshekk differenti minn […]
Hekk kif il-ġranet jibdew jitwalu u l-arja tibda tiksaħ, tibda tħoss dik il-maġija li jġibu magħhom il-festi tal-Milied. Din is-sena se tkun waħda unika fl-Esplora hekk kif għandna ppreparat rigal veru speċjali. It-tfal kollha li se jżuru Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza bejn l-1 ta’ Diċembru 2020 u s-6 ta’ Jannar 2021 se jidħlu B’XEJN! Ix-xahar […]
This Halloween join us on a spooky journey into the curious world of science! We will be exploring the weird making of the human body in our dissection room, the wonders of chemistry through a Potions Class, the power-harnessing of electricity and the fabulous fierceness of fire. These activities have been developed specifically for Halloween […]
Bi ftit immaġinazzjoni tista’ toħloq kważi kull ħaġa li toħlom biha. Kulma għandek bżonn huma materjal u kreattività biex jirnexxilek tbiddel l-ideat tiegħek f’realtà. Fl-Esplora, matul ix-xahar ta’ Novembru, se nkunu qed noffru tipi differenti ta’ attivitajiet li jiffukaw fuq il-ħolqien ta’ oġġetti sbieħ magħmulin b’materjal bażiku. Għalhekk ingħaqad magħna matul dan ix-xahar għal […]
At Esplora Interactive Science Centre we are launching a new concept for our events! Introducing the Thematic Months, where different themes will be celebrated each month! We are starting off with a Colour Splash in September followed by Ready, Set, CODE! in October, Think It, Make It! in November and Festive Science in December. Whether […]
Ready, Set, CODE! hija t-tema tax-xahar ta’ Ottubru, xahar li matulu tiġi ċċelebrata wkoll l-EU Code Week, attività li ta’ kull sena, bħala Ċentru Interattiv għax-Xjenza, nipparteċipaw bi ħġarna fiha. L-EU Code Week hija inizjattiva li nħolqot bil-għan li tħeġġeġ lin-nies sabiex jitgħallmu aktar dwar il-kodifikazzjoni u fl-istess waqt tifrex l-għarfien dwar il-litteriżmu diġitali. […]
Toi Toi – Manoel Theatre’s education programme – has created a wide range of theatre productions with the aim to inspire audiences of all ages with performing arts specifically music, dance and drama. Two of these productions, for children aged 4 years and over, are going to be held at Esplora Interactive Science Centre in […]
Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara, huwa proġett bl-għan li jiċċelebra l-identità soċjo-kulturali, l-istorja u l-memorja kollettiva tal-Kalkara. Wara proċess ta’ ko-kreazzjoni li ilu għaddej minn Jannar, numru ta’ membri mill-komunità Kalkariża jirrakuntaw l-istejjer u l-esperjenzi tar-raħal waqt li jaqsmu l-ħiliet u s-snajja’ tagħhom bħala parti minn mixja esperjenzali miftuħa għall-pubbliku – b’mod speċjali għall-familji […]
Trid li t-tfal tiegħek isiru Kaptan tal-Pirati għal ġurnata waħda? Jew forsi juri kemm huma ‘Gamers’ tajbin? Trid li jgħinu lill-Unikorni jfittxu dar ġdida, jembarkaw fuq missjoni bħala Vlogger, jispiċċaw nawfragati fuq gżira deżerta jew fl-ispazju? Sfidi! Missjonijiet differenti b’tema oriġinali! Sphero! ‘Demo ‘tal-MicroEye… u kif ukoll Zed, ir-robot simpatiku tal-Esplora. Matul il-weekend li […]
It’s Science Week Bonanza at Esplora this week (11th to 16th August 2020)! Here are some exciting activities that we have in store for you. All these activities will be scheduled at different times during the day. Body Wonders: An interesting Science Show that helps you discover what goes on inside your body. Answer […]
Although this event has been specifically planned with the current situation in mind to allow for proper social distancing and create a safety environment for our visitors and our team, we regret to inform you that the Esplora Under the stars Event has been cancelled. This has not been an easy decision to make, but […]
Problemi ta’ saħħa mentali jistgħu jolqtu kemm lill-persuni adulti kif ukoll lit-tfal. Il-benesseri mentali fit-tfal hi importanti daqs is-saħħa fiżika għalhekk il-ġenituri għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jagħrfu s-sintomi mill-ewwel ħalli jilqgħu l-problema fil-bidu tagħha. Dwar dan is-suġġett tant importanti se jittella’ webinar fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Esplora @esploramalta nhar l-Erbgħa, 29 ta’ […]
Toi Toi – Manoel Theatre’s education programme – has created a wide range of theatre productions with the aim to inspire audiences of all ages with performing arts specifically music, dance and drama. Three of these productions, for children aged 4+ or 5+, are going to be held at Esplora Interactive Science Centre this August. […]
Charismatic, intelligent, a gifted talker and above all – much taller than all of us! Can you guess who is visiting Esplora on Sunday 5th July? You are in luck because Zed, Esplora’s very own robot has decided to visit the Interactive Science Centre and have a meet and greet with all the kids (and […]
Iċ-Ċentru tax-Xjenza issa huwa miftuħ! Iċ-Ċentru tax-Xjenza issa huwa miftuħ. Ma nistgħux inkunu aktar eċċitati li nilqagħkom lura fiċ-Ċentru Xjentifiku interattiv ta’ Malta! Il-preparazzjonijiet għall-ftuħ mill-ġdid ilhom għaddejjin għal żmien twil; tiżgura li ċ-ċentru jkun konformi mar-regolamenti kollha tas-saħħa u s-sigurtà waqt li tkompli toffri esperjenza kbira! Għandna 3 traċċi differenti ta ‘erba’ sigħat minn fejn […]
Ċelebrazzjoni tal-ftuħ mill-ġdid ta’ Esplora! Esplora qed tiftaħ il-bibien tagħha fid-9 ta’ Ġunju! Ma nistgħux inkunu aktar eċċitati li nilqagħkom lura fiċ-Ċentru Xjentifiku interattiv ta’ Malta! Il-preparazzjonijiet għall-ftuħ mill-ġdid ilhom għaddejjin għal żmien twil; tiżgura li ċ-ċentru jkun konformi mar-regolamenti kollha tas-saħħa u s-sigurtà waqt li tkompli toffri esperjenza kbira! Iċċelebra ġimgħa xjentifika magħna, fejn […]
Let’s Talk Science! Workshop – Science Communication Skills for Public Engagement Let’s Talk Science! is a one-day workshop, designed for STEM professionals & students who want to inspire, promote their work, build confidence and enhance their communication skills to engage audiences through face-to-face interactions. Date: 10th March 2020 Time: 8:30am – 5:30pm Location: Esplora Interactive […]
MaltaHip was developed by a team of researchers at the University of Malta in collaboration with MCL Components and funded through the Fusion Programme of the Malta Council for Science and Technology. The main objectives of the Fusion programme are: to raise the level and profile of locally funded research; to ingrain research and innovation […]
As busy as a bee… but what does that mean? Join us on a journey and follow a bee on her day-to-day life through a contemporary, interactive, dance show which will be followed by an educational workshop on bees for children and curious adults alike! Carnival Buzz is part of Toi Toi’s Education Programme. It […]
Join us for Tickle my Taste Buds, a food discovery workshop organized in collaboration with Zaara Lina’s Cooking Club. During this fun and informative talk, we will have a tasting session so that children will have the opportunity to explore new foods, as well as learn how to cook a healthy recipe with Zaara Lina. […]
Dati: 15 u 16 ta’ Frar 2020 Ħinijiet tal-Ftuħ: 10.00 – 18:00 Għaddas lilek innifsek f’dinja ta’ kuluri, immaġinazzjoni u arti u ttratta lill-familja tiegħek dan il-karnival għal avveniment tax-xjenza b’tema ta’ kuluri fiċ-Ċentru Xjentifiku Interattiv Esplora. Ingħaqad magħna għal weekend mimli gost fejn se nesploraw ix-xjenza u l-arti tal-karnival. L-attivitajiet jinkludu: Workshop tat-tafal Ingħaqad mal-kollaboraturi […]
Kick-start the Carnival celebrations a week earlier. Save the date for an exciting event held at the EsploraPlanetarium. Join us for Carnival in Space, a fun-packed family activity. Choose one of two Planetarium shows and partake in hands-on workshops led by one of our Science Communicators. You get to wear your costumes, whilst exploring the […]