Mistoqsijiet mistoqsija spiss

X’inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ tagħkom?

Ara l-ħinijiet tal-ftuħ tagħna hawnhekk: https://esplora.org.mt/opening-hours/

Kemm tiswa żjara f’Esplora?

Biljett ta’ dħul ġenerali għall-adulti jiswa €15, b’konċessjonijiet u skontijiet disponibbli għat-tfal, studenti, gruppi, u dawk li għandhom il-KartAnzjan jew il-kard tad-Diżabilità. Il-prezzijiet tal-biljetti jistgħu jkunu ftit ogħla waqt avvenimenti speċjali, peress li dawn jinkludu attivitajiet addizzjonali u kontenut ieħor. Meta tixtri kard ta’ sħubija annwali, tkun tista’ żżurna kemm-il darba trid! https://esplora.org.mt/prices/

Kif nista’ nżur il-Planetarium?

Tista’ żżur l-esibiti tal-Planetarium fi kwalunkwe ħin waqt il-ħinijiet tal-ftuħ. Però, biex tara wirja fil-Planetarium Dome ġentilment iġbor wristband mir-Reception. Il-wirjiet tal-Planetarium Dome huma bla ħlas iżda għandhom kapaċità limitata!

X’wirjiet u attivitajiet qegħdin isiru?

F’Esplora tista’ tesperjenza varjetà ta’ wirjiet xjentifiċi u attivitajiet prattiċi f’diversi postijiet u adattati għal etajiet differenti. L-iskeda tagħna ta’ kull ġimgħa hija disponibbli hawnhekk: https://esplora.org.mt/week-schedule/, imma oqgħod moħħok hemm għal kontenut tematiku speċjali waqt l-avvenimenti speċjali tagħna!

Kif nista’ nasal f’Esplora?

L-aktar mod divertenti biex tasal f’Esplora huwa permezz tal-Luzzu Experinece tagħna: https://esplora.org.mt/luzzu-experience/, iżda tista’ wkoll tiġi bil-karozza jew tagħżel it-trasport pubbliku: https://esplora.org.mt/our-location/

Esplora huwa aċċessibbli għal persuni b’diżabilità jew bi bżonnijiet ta’ appoġġ?

F’Esplora nirsistu biex inkunu kemm jista’ jkun aċċessibbli – aktar informazzjoni hija disponibbli hawnhekk: https://esplora.org.mt/category/accessibility/ u fuq il-paġna tal-aċċessibbiltà tagħna: https://esplora.org.mt/accessibility/. Jekk għandek xi suġġerimenti dwar kif nistgħu ntejbu l-aċċessibbiltà tagħna, jekk jogħġbok għarrafna!

Nista’ nibbukkja party tat-tfal f’Esplora?

Iva, inħobbu norganizzaw parties tat-tfal! Aktar informazzjoni hija disponibbli hawnhekk: https://esplora.org.mt/childrens-parties/

 

Avvenimenti

Skopri l-Forzi tan-Natura bil-programm tas-sajf ta’ Esplora

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more