L-EsploraCafé

Ikliet jew snacks delizzjużi fl-EsploraCafé

L-EsploraCafé jgawdi minn ambjent uniku, fejn fih titħallat l-eleganza ta’ Villa Bighi, l-enerġija tal-Port il-Kbir u s-sofistikazzjoni ta’ Esplora. Il-kafetterija toffri lill-viżitaturi menù bażiku iżda delizzjuż u dan il-post huwa l-pawża perfetta mill-esperjenza enerġetika li tipprovdi żjara fl-Esplora. Irrispettivament minn jekk hux qed tfittex snack ħafif, ikla ta’ malajr, tazza te jew kafè li tinżillek għasel, deżerti tajbin, jew xarba xi ġġorr miegħek, dan huwa l-post ideali.

Rekwiżiti Speċifiċi fid-Dieta

L-EsploraCafé jipprovdi lill-viżitaturi b’ikel u b’servizz ta’ kwalità għolja. Jekk int tippreferi burger mingħajr ġobon, jew pizza mingħajr żebbuġ, kemm tgħidilna! Aħna nieħdu gost nakkomodawk bl-aħjar mod li nistgħu billi nbiddlu ingredjenti u approċi differenti, il-koki tagħna jistgħu jakkomodaw l-allerġiji komuni għall-ikel li ġejjin:

• Ikel mingħajr glutina
• Intolleranza għal-lattożju
• Celiac
• Karawett u ġewż tas-siġar
• Frott tal-baħar
• Soy
• Ħut
• Bajd
• Qamħirrum

Aħna nimpenjaw ruħna biex naqdu rekwiżiti oħra bħal alternattivi Veġetarjani u Vegani. Jekk jogħġbok għarrafna dwar kwalunkwe rekwiżit li jista’ jkollok minħabba allerġiji meta tipprenota l-ikla tiegħek, sabiex il-Kċina tagħna tkun tista’ tiġi avżata.

Nixtiequ ngħarrfulkom li aħna m’għandniex kċina separata biex nippreparaw oġġetti li ma jagħmlux ħsara lill-persuni b’allerġiji, jew kmamar tal-ikel separati għal viżitaturi b’allerġiji jew b’intolleranzi. Għalhekk, huwa possibbli li allerġen jiddaħħal b’mod involontarju matul it-tħejjija jew l-immaniġġjar tal-ikel minkejja l-isforzi tagħna biex nevitaw dan.

Iċċekkja l-Menu u l-Menu tat-tfal.

 

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more