Fis-26 ta’ Ottubru tal-2016, Esplora fetħet il-bibien tagħha bħala l-ewwel Ċentru tax-Xjenza Interattiva f’Malta. Is-sali prinċipali tal-wirjiet u l-ġonna msebbħa fihom iktar minn 200 wirja u b’hekk dan iċ-ċentru tax-xjenza huwa divertenti u attraenti għal nies ta’ kull età. Minbarra dan, hemm ukoll Ċentru tal-Attività li fih il-viżitaturi jistgħu jipparteċipaw f’hands-on workshops u jistgħu jaraw shows differenti fuq ix-xjenza. Dan kollu jgħin biex nqarrbu x-xjenza lejn is-soċjetà u biex jiċċekken id-distakk bejn ix-xjenza u d-dinja tagħna.
Fl-Esplora hawn diversi nies li ġejjin minn oqsma STEM varji. Din id-diversità tinkoraġġixxi l-innovazzjoni u l-kreattività fl-attivitajiet u fl-avventimenti tagħna li għandhom l-għan li jnisslu kultura ta’ kurżità xjentifika.
Kun af l-impjegati tagħna billi tniżżel l-E-Skills Digital Booklet li fih issib intervisti varji.