Aċċessibbiltà

Aċċessibbiltà

DIKJARAZZJONI TAL-AĊĊESSIBBILTÀ TA’ ESPLORA
EAS/V.3.1/281216

Dan id-dokument jesprimi l-impenn ta’ Esplora għall-aċċessibbiltà għal kulħadd. Id-dettalji u l-grad tal-aċċessibbiltà u kull limitazzjoni huma elenkati bl-għan li l-viżitaturi kollha jingħataw appoġġ biex jippjanaw iż-żjara tagħhom b’faċilità u b’kunfidenza.

WERREJ
1.0 INTRODUZZJONI
2.0 INFORMAZZJONI TA’ QABEL IL-WASLA
3.0 KIF IŻŻUR ESPLORA
3.1 Trasport u Parkeġġ
4.0 IL-KUMPLESS
4.1 Hub tad-Dħul
4.2 Esplora Gadget Shop
4.3 Esplora Café
4.4 Spazji tal-Wirjiet u Ċentru tal-Attivitajiet
4.5 Sinjali
4.6 Dwal
4.7 Pavimenti, Taraġ u Rampi
4.8 Allarmi tan-Nar
4.9 Faċilitajiet tal-Kmamar tal-Banju
4.10 L-Ewwel Għajnuna
5.0 AĊĊESSIBBILTÀ GĦALL-WIRJIET
5.1 Bini tal-Wirjiet – L-Ewwel Sular
5.2 Bini tal-Wirjiet – Is-Sular ta’ Taħt l-Art
5.3 Planetarju
5.3 Żoni ta’ Barra
6.0 WIRJIET U INTERPRETAZZJONI
7.0 Parkeġġ
7.1 Parkeġġ għall-persuni bi bżonnijiet speċjali
8.0 Daħliet u Ħarġiet
9.0 Viżitaturi bl-Awtiżmu
10.0 Liftijiet
11.0 Persuni li jindokraw
12.0 Konklużjoni

1.0 INTRODUZZJONI

Aħna nilqgħu lill-viżitaturi kollha u ħadna impenn li niżguraw li l-faċilitajiet tagħna f’Esplora jkunu aċċessibbli għal kulħadd. Jekk jogħġbok għarrafna minn qabel jekk ikollok xi rekwiżit speċifiku jew jekk ikun hemm xi ħaġa x’nistgħu nagħmlu biex nassistu ż-żjara tiegħek.

2.0 INFORMAZZJONI TA’ QABEL IL-WASLA

Il-klieb ta’ servizz merħba bihom u mal-wasla jistgħu jsiru arranġamenti għal skutelli tal-ilma u tal-ikel. Jekk jogħġbok kellimna qabel iż-żjara tiegħek jekk għandek tħassib dwar xi aspett tal-esperjenza tiegħek f’Esplora.

3.0 KIF IŻŻUR ESPLORA

3.1 Trasport u Parkeġġ
Aħna nħeġġu lill-viżitaturi biex jużaw it-trasport pubbliku biex jiġu sa Esplora. L-istejġis tal-linja lejn u mill-Belt Valletta jinsabu madwar 100 metru ’l barra mid-daħla prinċipali ta’ Esplora.
Jekk int qed tuża kowċ jew minivan ipprenotat b’mod privat, jekk jogħġbok informa lill-Uffiċċju tal-Prenotazzjonijiet ta’ Esplora fuq bookings@esplora.org.mt dwar il-pjanijiet tiegħek u l-ħinijiet mistennija tal-wasla u tal-ġbir, sabiex ikunu jistgħu jiġu pprenotati arranġamenti ta’ introduzzjoni għall-grupp tiegħek.
Jekk int qed tuża vettura privata, ser ikollok issib spazju ta’ parkeġġ pubbliku fit-triq matul it-Triq Marina, it-triq li twassal għal Esplora. L-ispazji tal-parkeġġ ma jistgħux jiġu rriżervati u huma disponibbli fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel.
Jekk int tagħżel li tmur sa Esplora bir-rota, taħt l-escalators ta’ barra hemm stands tar-roti għall-persunal u għall-viżitaturi.
Hemm seba’ bankijiet fiż-żona tal-wasla. Int tista’ tuża l-escalators jew il-lift li jinsab fl-Atrium biex tgħaddi sal-Main Reception.

4.0 IL-KUMPLESS

4.1 Main Reception
Id-dħul u l-ħruġ tal-viżitaturi għall-Main Reception jinsabu qrib is-sinjal ewlieni mdawwal. Is-sinjali ta’ orjentazzjoni ta’ Esplora li jinsabu fil-qrib jindikaw il-postijiet l-oħra kollha fil-kumpless. Il-kumpless jista’ jiġi aċċessat b’siġġu tar-roti u fl-ebda punt m’hemm xtiebi tad-dħul (“turnstiles”).
Ser issib ir-Reception Desk f’post ċentrali fil-Main Reception. Il-mejda għandha forma ta’ U bi tliet stazzjonijiet tax-xogħol u għandha żewġ livelli tas-superfiċe tax-xogħol biex jiġu akkomodati l-persunal u l-viżitaturi li jkunu bilwieqfa, kif ukoll it-tfal u dawk li jużaw siġġu tar-roti.

4.2 EsploraShop
L-EsploraShop jinsab strateġikament fil-Main Reception.

4.3 EsploraCafé
L-EsploraCafé jinsab fuq żewġ livelli fiċ-ċentru tal-kumpless, eżatt taħt il-Main Reception. Fl-EsploraCafé hemm disponibbli faċilitajiet biex issaħħan l-ikel u x-xarbiet tat-trabi u hemm disponibbli highchairs għall-familji bi tfal żgħar. Jekk jogħġbok staqsi lill-persunal tagħna jekk tkun teħtieġ xi assistenza.
Is-siġġijiet fl-EsploraCafé jistgħu jitmexxew. L-imwejjed li jistgħu jitmexxew jiġu akkumpanjati b’siġġijiet ħfief iżda sodi.
Jekk int għandek xi rekwiżit djetetiku speċjali, aħna bil-qalb kollha nagħmlu l-almu tagħna biex naqduk, dment li niġu avżati b’mod raġonevoli. Jekk int teħtieġ reċipjenti tal-ikel taċ-ċaqquf jew tal-ħġieġ b’kulur li jikkontrasta, jew pożati b’mankijiet ħoxnin, aħna ġentilment nitolbuk iġġib tiegħek stess matul iż-żjara tiegħek.

4.4 Spazji tal-Wirjiet u Ċentru tal-Attivitajiet
Hemm diversi sulari ta’ spazji tal-wirjiet u tal-attivitajiet fil-kumpless ta’ Esplora, li huma aċċessibbli għall-viżitaturi kollha bil-lift jew bit-taraġ, jiġifieri l-Hub tad-Dħul (livell 1); is-Sala Prinċipali tal-Wirjiet (3 livelli), il-Cot Lift (livell 1), iċ-Ċentru tal-Attivitajiet (2 livelli), il-Planetarju (2 livelli) u Esplora Café (livell 1). Fuq il-post m’hemm l-ebda telefown pubbliku.

4.5 Sinjali
Hemm diversi tipi ta’ sinjali mwaħħlin mal-ħitan li jintużaw f’Esplora. Is-sinjali permanenti qegħdin bil-Malti u bl-Ingliż u jvarjaw fid-dettall skont l-iskop tagħhom. Jintuża test bilingwi flimkien ma’ pittogrammi, ma’ kodiċi tal-kuluri, u ma’ mapep b’didaskaliji li jiddeskrivu s-simboli, l-ismijiet u l-marki fuq il-mappa.
Fid-daħla ta’ kull bini hemm sinjali kbar ta’ orjentazzjoni u dawn jinkludu taqsima ċentrali li turi l-mappa ewlenija, u pannelli fil-ġnub fuq ix-xellug u fuq il-lemin, li jipprovdu direzzjoni ġenerali bl-użu ta’ vleġeġ u ta’ simboli.
Ġewwa l-binjiet, int ser issib sinjali ta’ orjentazzjoni kkodifikati bil-kulur, speċifiċi għal-livelli u speċifiċi għaż-żoni li jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-wirjiet, l-aċċess u l-faċilitajiet disponibbli f’kull żona.
Fuq is-sinjali li jiddendlu mal-ħitan u fuq l-arbli jinstab tip sekondarju ta’ sinjali ta’ direzzjoni, li t-tnejn li huma għandhom l-għan ewlieni li jidderieġu lill-viżitaturi lejn il-kmamar tal-banju, il-lifts u l-punti ta’ informazzjoni. Finalment, fil-ġenb tal-bibien jinstabu sinjali enumerati u kkodifikati bil-kulur biex tiġi indikata d-daħla għal kmamar b’funzjoni speċifika.

4.6 Dwal

F’Esplora d-dwal jintużaw għal skopijiet differenti. It-tip u l-intensità tad-dawl ivarja ħafna skont l-iskop ikkonċernat u l-wirja li tkun qed tintwera. Xi ftit eżempji jinkludu: dwal biex jingħata aċċess sikur, biex tiġi enfasizzata n-nisġa storika tal-kumpless, u biex jiġu ppreżentati wirjiet.

4.7 Pavimenti, Taraġ u Rampi
Fil-kumpless hemm firxa ta’ uċuħ ta’ pavimenti inklużi: ċangaturi tal-ġebel illustrati, pavimenti tal-konkrit illustrati li ma jiżolqux; pavimenti tal-lasktu; madum gres li jleqq, u pavimenti tal-mużajk irrestawrat. L-aċċess għad-diversi sulari u livelli fil-kumpless ta’ Esplora jinkludi lifts, escalators, u turġien akkompanjati minn poġġamani f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tas-CRPD. F’kull bini ta’ Esplora hemm kurituri u rampi ta’ gradjenti differenti u dawn huma aċċessibbli għall-viżitaturi kollha. Il-viżitaturi jistgħu jużaw iż-żoni ta’ mistrieħ u l-bankijiet ta’ barra.

4.8 Allarmi tan-Nar

F’kull sular ta’ kull bini ġiet installata sistema ta’ detezzjoni tan-nar. Din l-installazzjoni hija inkorporata mal-punti tal-allarm tan-nar (ħġieġ li jitkisser), li jistgħu jagħmluha aktar faċli f’każ ta’ emerġenza. Fil-livell tas-soqfa, id-detetturi tan-nar huma mqabbda ma’ ħornijiet tan-nar li jinstemgħu fiż-żoni kollha. Kull żona għandha pjan ta’ evakwazzjoni f’każ ta’ nar li jindika l-punti ta’ assemblar fis-sulari kollha u fiż-żoni kollha ta’ Esplora li għandhom jintużaw f’każ ta’ evakwazzjoni.

4.9 Faċilitajiet tal-Kmamar tal-Banju
Fiż-żoni kollha tal-kumpless hemm disponibbli faċilitajiet tat-toilets u tat-tibdil tal-ħrieqi tat-trabi kompletament aċċessibbli. Il-kmamar tal-banju kollha jinkludu toilets imfassla skont il-linji gwida tas-CRPD. M’hemm l-ebda wajer li jista’ jinġibed f’każ ta’ emerġenza. Faċilitajiet ta’ tibdil tal-ħrieqi tat-trabi jinsabu f’kull toilet aċċessibbli b’siġġu tar-roti (kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa). Hemm ukoll Kamra tat-Trabi tal-Familja separata disponibbli fiż-żona Little Esploras, fil-livell ta’ taħt l-art tal-Bini Prinċipali tal-Wirjiet. Il-kmamar tal-banju fiż-żona Little Esploras huma mfassla għal tfal żgħar ukoll.

4.10 L-Ewwel Għajnuna
Il-persunal tas-sular tal-wirjet ta’ Esplora huwa mħarreġ biex jagħti l-ewwel għajnuna. Il-Kamra tal-Ewwel Għajnuna tinstab ħdejn id-daħla għall-Bini Prinċipali tal-Wirjiet. Hemm kaxxi tal-ewwel għajnuna disponibbli fiż-żoni kollha ta’ Esplora u hemm defibrillatur fil-Kamra tal-Ewwel Għajnuna.

5.0 AĊĊESSIBBILTÀ GĦALL-WIRJIET

Sar kull sforz biex l-esperjenza sħiħa ta’ Esplora tkun aċċessibbli għall-viżitaturi kollha. Madankollu, l-aċċessibbiltà għas-siġġijiet tar-roti hija ristretta f’numru żgħir ta’ wirjiet elenkati hawn taħt.

5.1 Bini Prinċipali tal-Wirjiet – L-Ewwel Sular
• The Ship għandu żewġ livelli; il-livell elevat mhuwiex aċċessibbli iżda l-istess esperjenza, jew esperjenza simili tista’ tinkiseb fuq l-1el sular.
• Walk the Plank
• Jolly Boat
• Step-Up (Bijoloġija)
• Car race (Mezzanin)

5.2 Bini Prinċipali tal-Wirjiet – Is-Sular ta’ Taħt l-Art
• The House – it-2ni sular biss mhuwiex aċċessibbli
• The Ball Machine – din il-wirja hija maqsuma fuq żewġ livelli: l-ewwel sular u pjattaforma maqtugħa mill-art li tista’ tiġi aċċessata bit-taraġ. Il-pjattaforma mhijiex aċċessibbli b’siġġu tar-roti; madankollu, dawk li jużaw siġġu tar-roti jistgħu jieħdu sehem fl-attività tal-wirja mill-ewwel sular.
• Pont
• Żona żgħira tal-persunal fit-taraġ mhijiex aċċessibbli bil-lift.

5.3 Planetarju
• Hemm spazju wieħed permanenti għal siġġu tar-roti fit-teatru tal-Planetarju. Hi meħtieġa prenotazzjoni minn qabel.
• Il-viżitaturi huma avżati li ċerti spettakli tal-Planetarju mhumiex rakkomandati għal xi ħadd li jbati minn distrubi relatati mal-bilanċ u/jew minn ċinetożi estrema (“extreme motion sickness”).

• L-EsploraPlanetarium issa huwa mgħammar b’sistema ta’ hearing loop system għall-benefiċċju ta’ nies li jagħmlu użu minn appart tal-hearing aid. Dan se jippermetti lil min jagħmel użu minn dan l-appart sabiex ikollhom esperjenza aħjar fil-Planetarium peress li s-sinjal jibda jinġabar direttament mill-apparat tas-smigħ. Biex tagħmlu użu minn din is-sistema, tridu taqilbu l-appart tas-simgħ għall-modalità Telecoil. Din is-sistema ta’ għajnuna għas-smigħ hija aċċessibbli minn ringiela 2 sa ringiela 5.

5.4 Żoni ta’ Barra
• Binarji ferrovjarji
• Żoni tal-għerien – parzjalment aċċessibbli
• Mhux iż-żoni kollha huma aċċessibbli għal kulħadd; madankollu, dawn huma żoni relattivament żgħar li għandhom żoni oħra aċċessibbli maġenbhom, bħal-Little Explorers’ Outdoor Playscape.

6.0 WIRJIET U INTERPRETAZZJONI

It-tikketti u s-sinjali kollha f’Esplora nkitbu bi stil konsistenti u li jinqara faċilment. It-tikketti u s-sinjali jinsabu f’għoli xieraq għat-tfal u għal dawk li jużaw siġġu tar-roti. Il-kulur tat-test jiddependi mill-kulur tal-isfond li jintuża. Meta jintuża sfond skur, il-kulur tat-test ikun abjad. Meta t-test jidher fuq sfond abjad jew ċar, il-kulur tat-test ikun 70% iswed jew kulur magħżul mill-paletta tal-kuluri ta’ Esplora li joffri kuntrast għoli u leġibbiltà.

7.0 PARKEĠĠ
Hemm diversi parkeġġi disponibbli għal viżitaturi b’mobbiltà mnaqqsa.

7.1 PARKEĠĠ GĦAL PERSUNI B’DIŻABBILTÀ
Hemm numru limitat ta’ spazji ta’ parkeġġ disponibbli għal persuni b’diżabbiltà qrib iż-żona fejn jitniżżlu n-nies. Il-parkeġġ għal detenturi tal-Blue Badge huwa mingħajr ħlas. F’Esplora għandna żona fejn jitniżżlu n-nies li tista’ tintuża minn kull min ikollu problemi ta’ mobbiltà. Jekk jogħġbok ċemplilna qabel ma tasal biex aħna niltaqgħu miegħek u nistennew mal-viżitatur filwaqt li int tipparkja.

8.0 DAĦLIET U ĦARĠIET
Id-daħliet u l-ħarġiet ewlenin għaċ-Ċentru tax-Xjenza ta’ Esplora huma aċċessibbli b’siġġu tar-roti.

9.0 VIŻITATURI BL-AWTIŻMU

Il-viżitaturi bl-awtiżmu m’għandhomx għalfejn joqogħdu fil-kju waqt perjodi li fihom ikun hemm ħafna nies jistennew. Jekk jogħġbok kellem lil membru tal-persunal meta tasal u dan jgħinek bil-qalb kollha. Esplora għandha ħafna riżorsi għall-viżitaturi bl-Awtiżmu bħal Protetturi tal-Widnejn u Fidget toys. Esplora għandha diversi wirjiet multisensorjali kif ukoll żoni apposta għall-kwiet. Il-kmamar tal-banju kollha ta’ Esplora huma mgħammra b’għajnuniet viżwali għall-ħasil tal-idejn. Dawn l-għajnuniet viżwali jgħarrfu lill-pubbliku li jżur Esplora. Numru sostanzjali mill-persunal ta’ Esplora huwa mħarreġ bi programm ta’ mmaniġġjar tas-sensibilizzazzjoni dwar l-Awtiżmu. Jekk jogħġbok tiddejjaq xejn tistaqsi jekk tkun teħtieġ appoġġ jew gwida addizzjonali matul iż-żjara tiegħek.

10.0 LIFTIJIET

Il-liftijiet kollha fiċ-ċentru tax-Xjenza jistgħu jakkomodaw siġġu tar-roti wieħed u persuna waħda li tindokra.

11.0 PERSUNI LI JINDOKRAW

Il-viżitaturi kollha li jħallsu li jeħtieġu assistenza speċjali jiġu offruti dħul b’xejn għall-persuna li tindokrahom għaż-żoni kollha.

12.0 KONKLUŻJONI

F’Esplora, aħna nagħmlu ħilitna biex noffru esperjenza tal-ogħla klassi lill-viżitaturi kollha tagħna. Jekk għandek tħassib dwar kwalunkwe aspett ta’ żjara li qed tippjana, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċċju tal-Prenotazzjonijiet ta’ Esplora billi tibgħatilna fuq bookings@esplora.org.mt u aħna nweġbuk lura.

 

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more