Ġina u l-Esploraturi

 

Fl-2021, Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza beda avventura ġdida permezz tal-ewwel staġun ta’ Ġina u l-Esploraturi u s-sena l-oħra qsamna magħkom it-tieni staġun. Ġina u l-Esploraturi huwa programm immirat għat-tfal li xxandar fuq TVM.

Ilkoll staqsejna mistoqsijiet dwar id-dinja u l-misteri diversi tan-natura. Bl-użu ta’ esperimenti tax-xjenza fantastiċi, esperimenti oħra li jistgħu jsiru mid-dar, kif ukoll spjegazzjonijiet faċli u anke xi ftit umoriżmu, Ġina u l-Esploraturi ttamaw li jħeġġu lit-tfal ta’ Malta u Għawdex jiskopru x-xjenza filwaqt li jinkoraġġuhom jistaqsu aktar dwar dak kollu li jaraw madwarhom.

Ġina, persuna kurjuża ħafna, ppruvat tikseb ir-risposti għal diversi mistoqsijiet dwar id-dinja ta’ madwarha. Matul l-avventura sabiħa u eċitanti tagħha, Ġina kienet megħjuna minn diversi Esploraturi, li, permezz ta’ esperimenti, dimostrazzjonijiet, attivitajiet divertenti marbutin mal-oqsma STEAM, stejjer u l-ispegazzjoni ta’ diversi problemi li niltaqgħu magħhom, għinuha twieġeb il-mistoqsijiet tagħha.

Flimkien ma’ Ġina, it-tfal jaqtgħu l-kurżità tagħhom dwar diversi affarijiet u jitgħallmu x-xjenza fil-kċina, dwar it-temp, l-arti u x-xjenza, il-ħsieb wara d-disinn u ħafna affarijiet oħra. Ġina u l-Esploraturi ħbieb tagħha għelbu diversi sfidi b’tali mod li t-telespettaturi jkunu jistgħu jimitaw il-proċess. Meta l-affarijiet ma marrux kif ippjanati, l-Esploraturi ħasbu dwar metodi oħra u esploraw aktar biex ibiddlu dak li jkunu ħolqu. Hawnhekk l-enfasi kien fuq kif esperimenti li ma kienux ta’ suċċess, dejjem għenu lix-xjentisti biex jesploraw u jitgħallmu aktar.

 

It-Tieni Staġun

Episodju 1

Ix-xjenza ssir l-iskola biss jew nista’ nagħmilha d-dar? L-Ewwel Parti: Iltqajtu ma’ Katrina? Katrina hi Esploratur ġdid u Ġina kienet veru eċitata li ltaqgħat magħha. Forsi għax Katrina tħobb l-ikel u Ġina naqra żaqqiqa? Ingħaqad magħna għall-ewwel episodju tat-tieni staġun ta’ Ġina u l-Esploraturi, fejn Katrina ser tgħinna nifhmu aktar ix-xjenza tal-kċina.

Jekk tixtieq tagħmel attività ma’ Katrina u Ġina aqra hawnhekk

Jekk tixtieq tara dan l-episodju agħfas hawnhekk

 

Episodju 2

Ix-xjenza ssir l-iskola biss jew nista’ nagħmilha d-dar? It-Tieni Parti: Qabadkom ġuħ wara l-ewwel episodju? Sajjartu xi ħaġa dan l-aħħar? Katrina u Ġina waslu biex iħawru l-ftira. Skopri aktar dwar ix-xjenza fil-kċina. Min jaf, forsi Ġina u Katrina f’dan l-episodju jagħmlu xi deżerta.

Jekk tixtieq tagħmel attività ma’ Katrina u Ġina aqra hawnhekk

Jekk tixtieq tara dan l-episodju agħfas hawnhekk

 

Episodju 3

Tat-temp, kif ikunu jafu kemm hi sħana u kemm għamlet xita? L-Ewwel Parti: Kif tista’ tkun taf kemm niżlet xita? Jew kif tkejjel il-bard u s-sħana? Ġina u Des ser jesploraw ix-xjenza u t-temp u dak kollu li jagħmel id-dinja tagħna daqshekk fenomenali.

Jekk tixtieq tagħmel attività ma’ Des u Ġina aqra hawnhekk

Jekk tixtieq tara dan l-episodju agħfas hawnhekk

 

Episodju 4

Tat-temp, kif ikunu jafu kemm hi sħana u kemm għamlet xita?  It-Tieni Parti: Xemx, xita u trombi ta kull tip, ma’ Des u Ġina ma tafx x’se ssib! Skopri aktar fuq il-fenomeni li jseħħu fid-dinja tagħna f’dan l-episodju ta’ Ġina u l-Esploraturi.

Jekk tixtieq tagħmel attività ma’ Des u Ġina aqra hawnhekk

Jekk tixtieq tara dan l-episodju agħfas hawnhekk

 

Episodju 5

Ix-Xjenza u l-Arti għandhom x’jaqsmu ma’ xulxin? L-Ewwel Parti: Din il-ġimgħa Ġina ltaqgħet ma’ Sarah, tiftakruha? Sarah tħobb iżżewwaq l-arti u x-xjenza. Tgħid x’ser toħloq din id-darba? Ingħaqad ma’ Ġina u skopri kif tista’ tgħaqqad ix-xjenza u l-arti flimkien biex toħloq xi ħaġa sabiħa u kreattiva.

Jekk tixtieq tara dan l-episodju agħfas hawnhekk

 

Episodju 6

Ix-Xjenza u l-Arti għandhom x’jaqsmu ma’ xulxin? It-Tieni Parti: Ġina flimkien ma’ Sarah ser ikomplu jesploraw kif nistgħu nużaw l-arti u x-xjenza flimkien. Xi jkun Scribble Bot? Kif ser ifasslu ċ-ċirkwit? Ingħaqad ma’ Ġina u skopri kif tista’ toħloq kartolina b’differenza!

Jekk tixtieq tara dan l-episodju agħfas hawnhekk

 

Episodju 7

Inġinier x’inhu? L-Ewwel Parti: Int taf x’inhu inġinier? Ingħaqad ma’ Ġina u Katrina biex tiskopri kemm xogħol l-inġiniera huwa bżonnjuż.  Minn pontijiet u flyovers, għal karozzi u ajruplani. Katrina ħolqot magna tar-riċiklaġġ. Segwi dan l-episodju u skopri kif irnexxielha toħloqha bl-għajnuna ta’ Ġina.

Jekk tixtieq tara dan l-episodju agħfas hawnhekk

 

Episodju 8

Inġinier x’inhu? It-Tieni Parti: Ġina għandha problema din il-ġimgħa! Flimkien mal-Esploraturi, Ġina ssir inġiniera biex tifhem il-problema u toħroġ b’ideat li jgħinuha ssolviha. Tgħid jirniexxilhom isibu soluzzjoni flimkien? Segwi l-programm tal-lum biex tiskopri aktar dawk kif taħseb bħal inġinier.

Jekk tixtieq tagħmel attività ma’ Katrina u Ġina aqra hawnhekk

Jekk tixtieq tara dan l-episodju agħfas hawnhekk

 

Episodju 9

Jien veru nieħu gost nara animation films! Għandek bżonn xjenza biex tagħmilhom? L-Ewwel Parti: Ġieli kont qed tara film animat u qabditek il-kurżità biex issir taf kif bdew? Ingħaqad magħna għall-ewwel episodju bit-tema tal-films. Ivvjaġġa fil-passat flimkien ma’ Ġina u Riona hekk kif ser jesploraw kif ġugarelli partikolari ispiraw lill-industrija tal-films biex tipproduċi animazzjonijiet ta’ kull tip.

Jekk tixtieq tagħmel attività ma’ Katrina u Ġina aqra hawnhekk

Jekk tixtieq tara dan l-episodju agħfas hawnhekk

 

Episodju 10

Jien veru nieħu gost nara animation films! Għandek bżonn xjenza biex tagħmilhom? It-Tieni Parti: Qatt kont qed tara film animat u ġietek il-kurżità kif jinħadmu? Ingħaqad magħna għal dan it-tieni episodju bit-tema tal-films. Esplora tista’ toħloq animazzjoni bl-istop motion? Skopri fiex jikkonsisti ix-xogħol tan-nies li joħolqu effetti viżwali.

Jekk tixtieq tagħmel attività ma’ Katrina u Ġina aqra hawnhekk

Jekk tixtieq tara dan l-episodju agħfas hawnhekk

 

Episodju 11

Iltqajt ma’ Sarah? Le mhux ma’ dik, imma Sarah oħra! Ġina kellha kurżità fuq il-mod ta’ kif jaħdem il-ġisem tagħna u kif kapaċi jagħmel dawn l-affarijiet kollha. Sarah kienet ħerqana biex turiha. Bdiet mill-bidu, mid-DNA ta’ ġoċ-ċelloli, kif dawn iċ-ċelloli jiffurmaw l-organi u kif l-organi jaħdmu flimkien biex jiffurmaw is-sistemi tal-ġisem. Segwi dan l-episodju biex issir taf kif jaħdem il-ġisem tagħna.

Jekk tixtieq tara dan l-episodju agħfas hawnhekk

 

Episodju 12

Ġina xtaqet tifhem aħjar kif il-ġisem tagħna iżomm b’saħħtu. Allura, Sarah ħadet lil Ġina fuq avventura madwar il-ġisem uman ħalli b’hekk setgħu jaraw kif jiddefendi lilu nnifsu mill-mard. Flimkien se jgħinu lil macophages, B cells u T cells sabiex jiddefendu kontra l-viruses u b’hekk iżommu lill-ġisem b’saħħtu. Ingħaqdu magħna biex flimkien nifhmu aħjar kif il-ġisem tagħna jżommna b’saħħitna.

Jekk tixtieq tara dan l-episodju agħfas hawnhekk

 

Episodju 13

F’dan l-episodju se naraw lil Ryan jitkellem ma’ Ġina dwar suġġett li hu tant għal qalbu, it-teknoloġija. Inħeġġukom issegwu lil Ġina hekk kif tistaqsi u tesplora l-iskoperti teknoloġiċi li tant influwenzaw il-ħajja tagħna kif nafuha llum. Qatt ħsibtu kif l-invenzjonijiet tal-passat wassluna għat-teknoloġija avvanzata li nużaw illum fil-kompjuters u fir-robots?

Jekk tixtieq tagħmel attività ma’ Ryan u Ġina aqra hawnhekk

Jekk tixtieq tara dan l-episodju agħfas hawnhekk

 

Episodju 14

Ġina u Ryan lesti u ppreparati biex jifhmu aktar kif diversi invenzjonijiet irnexxielhom ibiddlu l-mod ta’ kif ngħixu, naħsbu u anke naħdmu. Fl-episodju ta’ qabel rajna l-progress li sar mill-bniedem primittiv ta’ żmien il-ħaġar għal dinja li topera bl-elettriku. Ryan l-Esploratur se juri lil Ġina kif mill-ewwel inġenji li jaħdmu bl-elettriku wasalna għal kompjuters u robots ħafna iktar avvanzati. Min jaf fejn se naslu fil-futur? Tgħid dawn ir-robots għad jagħmlu affarijiet li qatt ma stennejna minnhom?

Jekk tixtieq tara dan l-episodju agħfas hawnhekk

 

Episodju 15 –

Reazzjonijiet tal-Kimika Parti I: Kont taf li l-kimika qiegħda madwarna u li eluf ta’ reazzjonijiet kimiċi jiġru madwarna kuljum? Ingħaqad ma’ Ġina hekk kif tiltaqa’ ma’ David, Esploratur ġdid, u skopri d-differenza bejn ir-reazzjonijiet fiżiċi kif ukoll tal-kimika.

Jekk tixtieq tagħmel attività ma’ David u Ġina aqra hawnhekk

Jekk tixtieq tara dan l-episodju agħfas hawnhekk

 

Episodju 16 –

Reazzjonijiet tal-Kimika Parti II: Trid tara lil Ġina u David jagħmlu aktar esperimenti divertenti tal-kimika? Ingħaqad magħna hekk kif nesploraw x’jiġri meta l-metalli jkollhom reazzjoni kimika u skopri x’inhi d-differenza bejn l-aċtu u l-alkali u kif tista’ tagħrafhom billi tuża indikaturi li jbiddlulhom il-kulur!

Jekk tixtieq tagħmel attività ma’ David u Ġina aqra hawnhekk

Jekk tixtieq tara dan l-episodju agħfas hawnhekk

 

Episodji tal- Ewwel Staġun

Fejn imur il-Qamar?

Kif jaħdem il-Logħob tan-Nar?

Minn fejn jiġu l-ħsejjes?

Kif tifforma l-Qawsalla?

Kif jifforma s-sħab?

Għaliex il-weraq kollha differenti?

Kif nistgħu nużaw l-enerġija tax-xemx?

Kif itiru l-ajruplani?

Kif ma jegħrqux il-vapuri?

Fejn imur l-ikel li nieklu?

Ix-Xjenza Maġija?

Kif nista’ nsir Xjentist?

 

website-gina-750x500

 

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more