STEAM huwa approċċ edukattiv għat-tagħlim li fih ix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija, l-Arti u l-Matematika jintużaw biex jiggwidaw l-inkjesta, il-kreattività, is-soluzzjoni tal-problemi, id-djalogu u l-ħsieb kritiku tan-nies. Ir-riżultati finali huma nies li jieħdu riskji maħsubin, deċiżjonijiet infurmati, jimpenjaw ruħhom f’tagħlim prattiku u esperimentali, jippersistu fis-soluzzjoni tal-problemi, iħaddnu l-kollaborazzjoni, u jaħdmu permezz tal-proċess kreattiv. Dawn kollha jikkontribwixxu għall-iżvilupp u t-titjib tal-ħiliet tas-seklu 21.
Is-sistemi edukattivi għal darb’oħra qed iduru għall-innovazzjoni bħala l-mod biex jiġi żgurat futur prosperu. Madankollu l-innovazzjoni tibqa’ marbuta sewwa max-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika – is-suġġetti STEM. L-arti hija lesta li tittrasforma l-ekonomija tagħna fis-seklu 21 hekk kif għamlet ix-xjenza u t-teknoloġija fl-aħħar seklu. Għandna bżonn inżidu l-Arti fl-ekwazzjoni biex inbiddlu STEM fi STEAM. Billi nagħmlu hekk aħna se nżidu l-kreattività mal-ekwazzjoni; l-abbiltà li jipperċepixxi d-dinja b’modi ġodda, li ssib mudelli moħbija, li tagħmel konnessjonijiet bejn fenomeni apparentement mhux relatati, u li tiġġenera soluzzjonijiet.
This approach to learning is undoubtedly not easy, but the benefits to people and the entire society are incredible. Visitors who engage in STEAM activities make more real-life connections so that Esplora is not a place where you visit to learn but instead becomes the whole experience of learning itself. At Esplora, visitors are continuously exploring, continuously thinking, continuously imagining, continuously growing and always experimenting. Esplora doesn’t have to be a place, but rather a space that uses STEAM subjects to encourage learning, growth, social-emotional connections, and the foundation for the creatives and innovators of tomorrow.
Dan l-approċċ għat-tagħlim huwa bla dubju mhux faċli, imma l-benefiċċji għan-nies u għas-soċjetà kollha huma inkredibbli. Il-viżitaturi li jimpenjaw ruħhom f’attivitajiet ta’ STEAM jagħmlu konnessjonijiet aktar ta’ ħajja reali sabiex Esplora ma jkunx post fejn iżżur biex titgħallem imma minflok issir l-esperjenza kollha tat-tagħlim innifisha. F’Esplora, il-viżitaturi qegħdin kontinwament jesploraw, jaħsbu kontinwament, jimmaġinaw kontinwament, jikbru kontinwament u dejjem jesperimentaw. Esplora m’għandux għalfejn ikun post, iżda pjuttost spazju li juża s-suġġetti STEAM biex jinkoraġġixxi t-tagħlim, it-tkabbir, il-konnessjonijiet soċjali u emozzjonali, u l-pedament għall-kreattivi u l-innovaturi ta ‘għada.