KRAFTS VARJI U ATTIVITAJIET OĦRA!
Sfera Kids huwa ġabra ta’ attivitajiet, ideali għall-esploraturi ċkejknin. F’kull ġabra hemm inkluż proġetti tat-tpinġija, logħob divertenti u esperimenti immirati għal żewġ kategoriji ta’ etajiet differenti li huma tfal ta’ bejn 4-6 snin u tfal ta’ bejn 7-9 snin. L-attivitajiet kollha li se ssibu f’din il-ġabra jużaw materjal li faċilment wieħed isib fid-dar. Dawn l-attivitajiet huma mod divertenti biex wieħed jiġbor il-familja kollha f’daqqa ħalli flimkien jagħmlu esperiment xjentifiċi li m’għandhomx bżonn ta’ sigħat twal ta’ preparazzjoni.
Kull ħarġa ta’ Sfera Kids se tkopri suġġett partikolari li se jkun konformi mat-temi li Esplora qed joħroġ kull tliet xhur. L-ewwel tliet ħarġiet se jkollhom it-tema ta’ Nispiraw il-Ġenerazzjonijiet tal-Futur, filwaqt li dawk tal-kumplament tas-sena se jkunu hekk:
Minn April sa Ġunju: Nesploraw id-Dinja u lil Hinn
Minn Lulju sa Settembru: Insiru Nafu Ġisimna
Din il-ġabra ta’ attivitajiet hija ddisinjata biex iġġiegħel it-tfal jesploraw, jibnu, joħolqu u josservaw id-dinja ta’ madwarhom b’mod divertenti.
Ejja nkunu kreattivi. Niżżlu Sfera Kids mill-ħoloq ta’ hawn taħt.
![]() Niżżel Sfera Kids 7 |
|
|
![]() Niżżel Sfera Kids 4 |
![]() Niżżel Sfera Kids 5 |
![]() Niżżel Sfera Kids 6 |
![]() Niżżel Sfera Kids 1 |
![]() Niżżel Sfera Kids 2 |
![]() Niżżel Sfera Kids 3 |