Facilitajiet

F’Esplora, aħna ħsibna fi ftit affarijiet addizzjonali biex tkun tista’ tgawdi saħansitra aktar iż-żjara tiegħek. It-tagħmir u l-faċilitajiet elenkati tista’ tużahom mingħajr ħlas fil-konvenjenza tiegħek.

Hemm WIFI disponibbli f’ċerti żoni ta’ Esplora. Is-servizz joffri aċċess mingħajr ħlas, mingħajr filtru u kkontrollat bil-password. Il-password tinbidel kuljum u tista’ tintalab mill-Biljetti u Informazzjoni u mill-EsploraCafé.

Aħna faċilità li hi favur it-treddigħ tat-trabi u, għalhekk, tiddejjaqx titma’ lit-tarbija tiegħek kull fejn tħossok komda. Aħna pprovdejnilek ukoll Kamra tal-Familja f’Little Esploras, jekk tippreferi żona aktar privata. Il-Kamra tal-Familja tagħna hija spazju dedikat, komdu u kwiet biex kwalunkwe ġenitur jew gwardjan jużah għal skopijiet ta’ tmigħ jew ta’ indokrar.

Barra minn hekk, aħna nipprovdu wkoll;

• Apparat li jsaħħan il-fliexken/l-ikel fil-Kamra tal-Familja u fl-EsploraCafe
• Faċilitajiet ta’ tibdil tal-ħrieqi huma disponibbli fil-kmamar tal-banju kollha li jistgħu jiġu aċċessati b’siġġu tar-roti
• F’Little Esploras hemm disponibbli faċilitajiet ta’ toilets għat-tfal żgħar (2 – 7 snin)
• Siġġijiet li jistgħu jintwew fi spazji tal-wirjiet
• Lockers huma disponibbli qrib iż-Żona tal-Orjentazzjoni fil-Bini Prinċipali
• Il-Kamra tal-Ewwel Għajnuna tinsab qrib iż-Żona tal-Orjentazzjoni fil-Bini Prinċipali

Hawn f’Esplora, kulħadd ħa impenn li jipprovdi esperjenza ta’ tagħlim tal-ogħla klassi u prattika, flimkien ma’ eċċellenza fis-Servizzi tal-Viżitaturi. Jekk int teħtieġ xi ħaġa speċifika, jekk jogħġbok ikkuntattjana qabel iż-żjara tiegħek (preferibbilment mill-inqas ġimagħtejn) u aħna se nagħmlu ħilitna kollha biex nakkomodawk. Jekk teħtieġ xi ħaġa, tkun xi tkun, waqt li tkun qed iżżurna, jekk jogħġbok tiddejjaq xejn tistaqsi.

 

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more