Bi pjaċir, l-Esplora jħabbar it-tnedija ta’ esebit ġdid tat-3D Printing li tqiegħed fis-Sala tat-Teknoloġija Innovattiva. Din l-esebizzjoni hija xhieda tal-impenn tal-Esplora li jintegra teknoloġiji avvanzati ma’ programmi edukattivi. Din l-installazzjoni ta’ printers Prusa Mini li hija frott ta’ sħubija bejn Invent 3D Ltd u l-Esplora li se tipprovdi lill-viżitaturi b’opportunità unika li jaraw il-proċess tat-3D […]
Bi pjaċir inħabbru li ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, l-Esplora għal darb’oħra ngħata s-Siġill prestiġjuż tal-Kwalità Assigurata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA). Dan ir-rikonoxximent huwa xhieda tal-impenn sod tagħna fid-diversi aspetti tal-esperjenza li noffru lill-viżitaturi li jżuru l-Esplora. Evalwazzjoni Rigoruża għall-eċċellenza Biex entità tirċievi dan is-siġill trid tgħaddi minn proċess rigoruż ta’ evalwazzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA). Dan […]
Wara li riċentement irċeviet il-premju tal-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Awditjar għall-“aħjar prattika” tal-governanza tal-fondi pubbliċi, l-Aġenzija Xjenza Malta, baqgħet tiddomina l-aħbarijiet u din id-darba qed tissemma’ għas-suċċess miksub mill-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, tagħha li jinsab il-Kalkara. Tripadvisor.com, l-akbar pjattaforma tal-ivvjaġġar li teżisti fid-dinja, u li għandha aktar minn biljun review u kontribuzzjoni, riċentement ippremjat lill-Esplora biċ-ċertifikat […]
Bi pjaċir, inħabbru li bħala Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora se nkunu qed nipparteċipaw fit-tieni edizzjoni tal-EXPO tas-Servizz Pubbliku li se tittella’ fl-MFCC f’Ta’ Qali bejn il-15 u d-19 ta’ Mejju 2024. Żjara sal-EXPO tipprovdilek għarfien aħjar dwar kif tiffunzjona l-amministrazzjoni pubblika u x-xogħol li jsir fil-qasam tas-servizz pubbliku. L-għan tal-EXPO huwa li tonora u tirrikonoxxi […]
Iż-żmien itir! Fil-fatt, fl-1 ta’ Mejju, 2024, se jitfakkar l-għoxrin sena anniversarju minn meta l-gżejjer Maltin issieħbu fl-Unjoni Ewropea. Esplora, iċ-Ċentru Nazzjonali Interattiv tax-Xjenza, intgħażel mill-Ministeru għall-Fondi Ewropej, l-Ugwaljanza, ir-Riformi u d-Djalogu Soċjali bħala wieħed mis-siti prominenti li se jkun qed jipparteċipa fiċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali tal-1 ta’ Mejju. Biex ifakkar dan il-jum storiku, l-Esplora, se jiftaħ […]
L-Għid iċċelebrat fl’Esplora bl-Avveniment ‘Spring into Science’. Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Esplora, se jkun qiegħed jiftaħ il-bibien tiegħu għal żmien il-Għid bl-avveniment “Spring into Science”. Id-dettalji dwar dan l-avveniment tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti u l-Kap tal-Esplora Olaf McKay. Matul dan l-avveniment, li se jsir mit-2 ta ‘April sas-7 ta’ April, […]
Fl-Esplora, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, l-Onor. Keith Azzopardi Tanti flimkien mal-Professur Alan Deidun, f’isem l-Università ta’ Malta, inawguraw esebizzjoni ġdida li bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda, fosthom holograms, se jkunu qed juru l-ħajja ta’ taħt il-baħar b’mod interattiv u lit-tfal ħa tgħinhom jimmaġinaw aħjar is-settur marittimu. L-għan ewlieni ta’ dan il-proġett huwa li jitwessa’ […]
Din is-sena, għal żmien il-Milied, Esplora, iċ-ċentru nazzjonali interattiv tax-xjenza, se jkun qed jiftaħ il-bibien tiegħu kull filgħaxija għal esperjenza unika għal familja kollha. Il-programm The Esplora Christmas Wonderland ser ikun qed ilaqqa l-ispirtu tal-Milied mad-dinja eċitanti tax-Xjenza u t-Teknoloġija, b’mod uniku li l-Esplora biss taf toħloq. Il-programm The Esplora Christmas Wonderland ġie mniedi uffiċjalment […]
Għat-tmien sena konsekuttiva, iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza Esplora nieda programm edukattiv ġdid għall-iskejjel. Permezz ta’ dan il-programm mimli attivitajiet, u l-metodi ta’ tagħlim li Esplora jħaddan, se tkompli titqanqal il-passjoni lejn is-suġġetti tax-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija, l-Arti u l-Matematika (STEAM). Il-programm edukattiv għall-iskejjel jinkludi diversi opportunitajiet imħallta ta’ tagħlim, permezz ta’ attivitajiet ta’ Xjenza, workshops prattiċi kif […]
Waqt konferenza stampa li saret fl-Esplora llum, tħabbru l-proġetti li se jibbenefikaw min-National STEM Community Fund 2023. Il-Konferenza Stampa kienet indirizzata mill-Onor. Keith Azzopardi Tanti, Segretaru Parlamentari taż-Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, Dr. Tonio Portughese, Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u s-Sur Olaf McKay, Kap tal-Esplora. L-għan ewlieni tan-National STEM Community Fund 2023 huwa li […]
Matul il-konferenza ECSITE, MCST u COSI iffirmaw MOU li jġib l-isem ta’ Science Accords, li ser jippermetti kollaborazzjoni bejn COSI, iċ-Ċentru tax-Xjenza Interattiv ESPLORA, u l-MCST sabiex isir impenn, ispirazzjoni u trasformazzjoni ta’ ħajjiet u komunitajiet f’STEAM madwar Malta. Matul il-konferenza ECSITE, li qed iġġib flimkien mexxejja u mużewijiet tax-xjenza minn madwar id-dinja, MCST u […]
Ecsite, in-network Ewropew ta’ ċentri u mużewijiet tax-Xjenza qed ilaqqa’ iktar minn 900 komunikatur minn madwar 50 pajjiż għal konferenza. Din il-konferenza hija miftuħa għal professjonisti kollha li jaħdmu ma’ diversi udjenzi fix-xjenza u t-tekonoloġija f’ċentri jew mużewijiet tax-xjenza, entitajiet tar-riċerka, festivals, universitajiet u kumpaniji. Il-Konferenza hija organizzata miċ-Centru Interattiv tax-Xjenza, l-Esplora u qed iseħħ […]
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti ħabbar it-tnedija tat-tieni edizzjoni tan-National STEM Awards. L-għan ta’ dawn il-premjijiet huwa li juru apprezzament u jonoraw persuni jew organizzazzjonijiet f’Malta għall-kontribuzzjoni li jagħtu lis-soċjetà fejn jaspiraw aktar nies f’suġġetti marbuta max-xjenza, teknoloġija, inġinerija, u l-matematika, magħrufa bħala STEM. Biex taqra din l-Istqarrija […]
Ninsabu onorati li lqajna lill-Altezza Rjali l-Prinċipessa Dr Nisreen El-Hashemite, Direttur Eżekkutiv, RASIT, il-Prof. Elie Elzouki, Direttur tal-Iżvilupp Sostenibbli u Komunikazzjoni, RASIT kif ukoll Prof. Celine Merheb, Direttur tar-Relazzjonijiet Internazzjonali u Proġetti fl-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza. Id-delegazzjoni ltaqgħet mas-Senior Director tal-Esplora, is-Sur Olaf McKay u membri oħra tat-tim ta’ Esplora, fejn flimkien daru maċ-ċentru interattiv. […]
‘Southern Dreams’, wirja artistika tal-artist Paul Cassar tnediet nhar il-11 ta’ Marzu 2023 fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora fil-Kalkara. Il-wirja ġiet inawgurata miċ-Chairman tal-MCST Dr Portughese. Esplora kkollabora mal-artist lokali Paul Cassar għax jemmen fl-importanza ta’ STEAM; l-akronimu għal Science, Technology, Engineering, Art, Mathematics; industrija li qed tikber b’rata mgħaġġla li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija […]
Għandek xi stejjer jew memorji x’tirrakonta dwar l-Isptar Navali ta’ Bighi? Proġett artistiku qed jitfa’ dawl fuq l-eks Sptar Navali ta’ Bighi (Royal Naval Hospital – RNH Bighi), fil-Kalkara, u matul ix-xhur t’Ottubru u Novembru qed jistieden lill-membri tal-komunità biex jikkontribwixxu għall-fażi tar-riċerka. RNH Bighi through Communities’ Stories huwa proġett ta’ riċerka artistika li qed […]
L-Esplora nieda l-Programm Edukattiv għas-sena skolastika 2022-2023. Biex taqra aktar dwar dan, agħfas din il-ħolqa.
Il‑Kenup Foundation (www.kenup.eu), l‑EDU u l‑Kunsill Malti għax‑Xjenza u t‑Teknoloġija (mcst.gov.mt) organizzaw konferenza stampa nhar l‑14 ta’ April 2022, biex jingħata aġġornament dwar l‑inizjattiva tal‑‘Addozzjoni tal‑Familji Ukreni’. L‑uffiċini li jinsabu l‑Kalkara u li jospitaw il‑ħaddiema tal‑Kenup u l‑EDU, ġew trasformati f’residenza għal għaxar familji Ukreni li ħarbu minn pajjiżhom li huwa mġarraf bil‑gwerra. L‑impjegati ġew […]
Magic Globe huwa film ġdid li se jibda jittella’ fl-EsploraPlanetarium fil-jiem li ġejjin. Din l-istorja animata u ħelwa ġiet magħżula u se tittella’ grazzi għal kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat, kif ukoll mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD). L-għan ta’ dan il-film hu biex ikun relatabbli u attirabbli għal kulħadd inkluż il-persuni b’diżabilità […]
Iċ‑Ċentru Interattiv tax‑Xjenza Esplora ħabbar il-benefiċċjarja tal‑ewwel Fond Komunitarju STEM 2021. Erba’ proġetti komunitarji STEM (fix‑Xjenza, t‑Teknolġija, l‑Inġinerija u l‑Matematika) ser jingħataw il-fondi biex iwettqu riċerka fi ħdan il-komunità, b’somma globali ta’ 24,000 ewro. Ir‑rebbieħa huma: Equal by Nature mill‑Malta Chamber of Scientists. Dan il‑proġett għandu l‑għan li juża l‑ġenetika biex iqarrab nazzjonalitajiet differenti. Se […]
Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, f’kollaborazzjoni ma’ Lignin Stories, Spazju Kreattiv u l-Università ta’ Malta, ospitaw seminar dwar il-kreattività u l-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli (SDGs) fis-sala tal-EsploraPlanetarium, nhar it-Tlieta 16 ta’ Novembru, 2021. Ir-riżultati tal-proġett ‘Embracing the Sustainable Development Goals through Creative Arts’, tħabbru waqt is-seminar. L-għan ewlieni tal-proġett kien li jħeġġeġ l-innovazzjoni u li jitqajjem aktar […]
Tnediet il-GLOBE Observer App li tippermetti ċittadini jiġbru data mis-siġar biex tgħin lix-xjentisti jikkomparaw u jivvalidaw id-data miġbura mis-satelliti, nhar l-Erbgħa 6 t’Otturbru, l-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, il-Kalkara, Malta. Il-GLOBE Observer App tnediet bħala parti minn inizjattiva bejn l-Esplora fi ħdan il-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, GLOBE Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u L-Ambaxxata tal-Istati […]
Il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici u l-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana nedew il-programm edukattiv tal-Esplora għas-sena skolastika 2021-2022 waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, l-Esplora. Il-programm edukattiv għall-iskejjel se jinkludi diversi opportunitajiet imħallta ta’ tagħlim, kemm fuq il-post fl-Esplora kif ukoll onlajn. Fost affarijiet oħra, il-programm jinkludi żjarat edukattivi għall-iskejjel, adattati għal studenti mill-kindergarten […]
Fl-isfida biex jitnaqqas id-distakk bejn ix-xjenza u l-komunità, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora, qed jesplora u jħares lejn modi u mezzi għar-riċerkaturi biex jinvolvu ruħhom fi djalogu mal-komunitajiet lokali u jqajmu kuxjenza dwar ir-rilevanza tax-xjenza għas-soċjetà. Esplora jmexxi dan bħala chair tal-iSTEM Engagement Working Group’ li twaqqaf fl-2019 biex primarjament jindirizza n-nuqqas ta’ ħiliet STEM – […]
Wara li ġew imħabbra l-gwidi dwar il-COVID-19 għall-iskejjel mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Esplora xtaq ifakkar lill-edukaturi li se jibqa’ jingħata ‘Trasport b’Xejn’ lejn u lura mill-Esplora lill-Iskejjel tal-Istat għal din is-sena skolastika li ġejja. Iċ-Ċentru tax-Xjenza qed joffri mawra edukattiva u essenzjali li żżid il-valur fit-tagħlim tax-xjenza. Din l-inizjattiva se titkompla tiġi sostenuta mill-Ministeru għall-Edukazzjoni (MFED). […]
Investiment ta’ €2.5 miljun għar-restawr tax-xatt tal-Esplora fil-Kalkara Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura servizz ġdid ta’ trasport bil-baħar mill-Port il-Kbir għall-Esplora bħala parti minn proġett sħiħ ta’ restawr tax-xatt fil-Kalkara qrib iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenzi, li sar b’investiment ta’ €2.5 miljun minn fondi nazzjonali. Waqt l-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela fisser dan il-proġett bħala wieħed li […]
Matul ċerimonja tal-għoti ta’ premjijiet fl-oqsma tax-Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika (STEM) f’xandira diretta minn Villa Bighi fid-9 ta’ Lulju, tħabbru għaxar rebbieħa minn disa’ kategoriji differenti fl-ewwel edizzjoni organizzata mil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. Dawn il-premjijiet għandhom l-għan li jmexxu ’l quddiem l-oqsma STEM u li jiċċelebraw il-persuni li jħaddmu dawn is-suġġetti biex imexxu […]
Aktar minn 130 persuna ġew nominati għal premjijiet fl-oqsma tax-Xjenza, it-Teknologija, l-Inġinerija u l-Matematika (STEM) u saret evalwazzjoni minn bord indipendenti ta’ esperti skont il-kriterji stabbiliti f’kull waħda mill-għaxar kategoriji li se jiġu ppremjati. F’diskors tal-okkażjoni, il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici wera sodisfazzjon għas-suċċess li qed jiksbu ħafna Maltin f’dawn l-oqsma. Qal li, “Din […]
Il-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Kordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara COVID-19 Owen Bonnici attenda l-inawgurazzjoni ta’ wirja li qed issir ġewwa l-Esplora, li għandha l-għan li teduka lill-ġenerazzjoni żagħżugħa dwar l-ambjent u l-effetti li aħna nistgħu nħallu fuqu, b’modi kreattivi u innovattivi biex iqanqlu aktar l-interess tat-tfal. Dan l-avveniment idur mal-wirja bl-isem ta’ ‘Art in Waste’ u […]
Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) u l-Institute for Education (IfE) ingħaqdu flimkien biex iniedu kors ġdid fil-livell ta’ Masters fl-iSTEM Education and Engagement, biex iwieġbu għad-domanda dejjem tikber għal nies li kapaċi jikkomunikaw u jaħdmu fil-qasam tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika. Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret mill-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana u l-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni […]
Ninsabu kburin li ospitajna l-Avveniment tal-Istampa għat-tnedija tal-Proġett Maleth fil-binja tal-EsploraPlanetarium nhar is-Sibt 15 ta’ Mejju u li wkoll qed nagħtu sapport lil dan il-proġett. Il-Gvern ta’ Malta ħabbar l-ewwel programm xjentifiku—Il-Proġett Maleth—li ser jintbgħat fl-Istazzjon Spazjali Internazzjonali. B’antiċipazzjoni kbira, dan għandu jwassal lix-xjenza Maltija f’era ġdida ta’ xjenza spazjali u diplomazija spazjali. Flimkien, il-Ministeru għall-Affarijiet […]
Ftehim bejn il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja se jkun strumentali biex persuni b’diżabilità jibbenefikaw minn esperjenzi varji ta’ tagħlim u divertiment li joffri ċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara. Permezz ta’ dan il-ftehim se jkunu jistgħu jibbenefikaw ftit inqas minn 21,000 persuna li għandhom il-Karta tad-Diżabilità tal-Unjoni Ewropea. Fost l-inċentivi li jaħseb għalihom […]
Stqarrija lill-istampa maħruġa mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija flimkien mal-isptar Mater Dei 14 ta’ Settembru, 2020 Esplora jirringrazzja lill-Frontliners tal-isptar Mater Dei Esplora f’kollaborazzjoni mal-isptar Mater Dei ried juri l-apprezzament tiegħu mal-ħaddiema tas-saħħa li qed jaħdmu bħala frontliners kontra l-virus tal-COVID-19. Esplora se joffri biljett għall-entratura b’xejn għal kull ħaddiem tas-saħħa li […]
Stqarrija lill-istampa Maħruġa mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija It-Tlieta 9 ta’ Ġunju Esplora jerġa’ jiftaħ il-bibien għall-pubbliku u jiġu mnedija Trails ġodda B’żona ta’ madwar 22,000m2 li tagħti fuq il-Port il-Kbir, iċ-Ċentru Nazzjonali Interattiv għax-Xjenza reġa’ fetaħ il-bibien tiegħu għall-avveniment tant mistenni bit-titlu Scientastic Edition. Esplora ħa l-prekawzjonijiet kollha neċessarji sabiex iċ-ċentru jkun jista’ […]
17 ta’ Marzu 2020 It-tim ta’ l-Esplora ingħaqad sabiex joħloq videos, graphics u animations sabiex inkunu nistgħu inwasslu kontenut divertenti u edukattiv onlajn permezz ta’ Facebook, Instagram u Youtube, waqt li t-tfal jinsabu d-dar. Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u T-Teknoloġija, Dr Jeffrey Pullicino Orlando, stqarr li “minħabba is-sitwazzjoni attwali kellna nagħlqu l-bibien ta’ Esplora. […]
Il-Ħamis, 12 ta’ Marzu 2020 Il-kumpless Esplora temporanjament magħluq għall-viżitaturi Wara diskussjonijiet bejn is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo u ċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Dr. Jeffrey Pullicino Orlando ġie deċiż li jingħalaq temporanjament il-kumpless Esplora b’effett immedjat sakemm joħroġ avviż ieħor.
Esplora Interactive Science Centre u t-tim tas-Superheroes in Science Science qed jorganizzaw seminar ta’ taħriġ ta’ ġurnata msejjaħ Superheroes in Science fl-Esplora Interactive Science Centre, il-Kalkara. Il-kors huwa mmirat għall-edukaturi kollha mill-iskejjel primarji, sekondarji, edukaturi t’appoġġ għat-tagħlim, organizzazzjonijiet mhux tal-Gvern u studenti tal-Università li għandhom interess fil-komunikazzjoni xjentifika. Matul dan il-kors, il-parteċipanti se jingħataw ħarsa […]
Esplora se tkun f’Science in the City din il-Ġimgħa. Kun żgur li tiġi l-istand tagħna fi Pjazza Tritoni! Se jkun hemm attivitajiet hands-on. Tista’ titgħallem permezz tad-dramm u tiskopri dak li hemm ġewwa l-ġisem tal-bniedem billi tuża fardal tal-ġisem, tagħti ħarsa aktar mill-qrib lejn kif jidhru l-organi taħt il-mikroskopju u tmur fuq vjaġġ virtwali permezz […]
Esplora kellha l-privileġġ li tospita l-ġimgħa tal-audition għal X Factor Malta Season 2. Matul l-aħħar ftit jiem smajna l-vuċijiet ta’ hafna mill-parteċipanti kif ipprattikaw waqt li kienu qed jistennew min-naħa tagħhom, l-ammont kbir ta’ talent li nistgħu nisimgħu minn dawn it-tama Maltin għamluna kburin li nkunu parti mill-bidu tal-vjaġġ tagħhom u aħna nixtiequ lil kulħadd […]
Il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju – Sette Giugno
Ħinijiet tal-ftuħ minn 10:00am sa 18:00pm L-iskeda tal-ġurnata hija kif ġej: 11:00 Scottie Go (Workshop) 12:00 The Magnificent Balloons Show (Science Show)
13:00 Scottie Go (Workshop) 14:00 Sounds Amazing (Science Show) 15:00 The Magnificent Balloons Show (Science Show)
Jum Dinji tal-Kanċer Iż-żmien li naġixxu huwa ISSA – INTI l-eroj ta ‘din l-istorja! Tkun xi tkun int, għandek is-setgħa li tnaqqas l-impatt tal-kanċer għalik innifsek, in-nies li tħobb u għad-dinja. #IAmAndIWill #WorldCancerDay Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur: https://www.worldcancerday.org/ World Cancer Day ’19 Infographic
X’inhi Dimenzja? X’inhu l-ambjent favorevoli għad-Dimenzja? Kif nistgħu nikkomunikaw aħjar ma’ xi ħadd li jgħandu d-dimenzja? Fl-Esplora aħna nagħmlu ħilitna biex insibu t-tweġibiet tajbin għall-mistoqsijiet ta’ hawn fuq u nimplimentawhom! Illum nimxu pass ‘il quddiem billi l-istaff tagħna jirċievi taħriġ dwar Dimenzja mid-Dipartiment tat-Tixjiħ Attiv u l-Kura fil-Komunità
This Late event which is being organised in collaboration with Cancer Care Pathways, seeks to raise awareness about colorectal cancer which is the third most common type of cancer in Malta. This informative session will serve to help visitors recognise risks and ways of reducing them, recognise symptoms and get to know more about the […]
Summer TED-Ed Clubs at Esplora Public Speaking | Creativity| Empowerment Esplora Interactive Science Centre invites pupils, 8-18 years of age, to participate in the Summer TED-Ed Clubs 2017 at Esplora Interactive Science Centre. Application form can be downloaded from here. About TED-Ed Clubs What are the goals of a TED-Ed Club? To […]
Esplora is proud to be presenting its first event at the Esplora Activity Centre. ALBERT EINSTEIN : RELATIVITIVELY SPEAKING is a brilliantly inventive hour of physical theatre, songs, science and the wurst sausage jokes ever – complete with the sure fire hip hop hit, the ‘E=MC² rap’. See you at ESPLORA on the 24th and 25th November 2015 […]
MONDAY 2ND MARCH 2015 10.00AM Invitation to an Esplora Project Open House specifically for people who live and/or work in Kalkara.
In 2014, the Malta Council for Science and technology (MCST) had commissioned a research to be carried out among the general public with the objective of gauging the perceptions and attitudes towards science and science-related initiatives, and provide an insight into science communication at local and national levels. The results obtained will kick-start a consultative […]
The Bighi peninsula is seeing a restoration…
It is with great pleasure that the Science Popularisation Unit at the Malta Council of Science and Technology announce the launch of the Esplora website. This website was designed and built by Esplora’s brand consultants Logix Communication Ltd. Malta. The Esplora brand development was an intensive exercise considering all the Esplora spaces, the Esplora core […]