Sail to Science – Luzzu Experience

Qed tfittex mod divertenti, uniku u konvenjenti biex tasal iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora? B’Sail to Science, l-avventura tiegħek tibda malli titla’ fuq il-luzzu tradizzjonali.

Il-vjaġġi jitilqu mill-Belt Valletta u Tas-Sliema, u joffrulek mhux biss konnessjoni faċli għall-Esplora, iżda wkoll rikba memorabbli hekk kif wieħed jista’ jitpaxxa bil-veduti tal-Port il-Kbir – wieħed mill-isbaħ portijiet fid-dinja.

Insa t-traffiku u t-toroq mimlija bin-nies. Minflok, gawdi l-Port il-Kbir ikoniku u x-xenarju mill-isbaħ li joffri. Iż-żjara tiegħek fl-Esplora ssir saħansitra aktar eċitanti meta l-vjaġġ innifsu jkun parti mill-gost. Familji, skejjel u esploraturi ta’ kull età se jkollhom l-opportunità jaslu bil-baħar. Huwa l-uniku mod biex tgħaqqad it-tagħlim, il-kultura u s-sbuħija ta’ Malta fi vjaġġ uniku.

Tluq mill-Belt Valletta:

Coordinates: 35.896803, 14.517025

Link għal Google Maps: https://maps.app.goo.gl/VZk6NJzQRnNqFWoM9

Ritratti:

Tluq minn Tas-Sliema:

Coordinates: 35.906344, 14.509573

Link għal Google Maps: https://maps.app.goo.gl/Li7iy9Ya8BGhmsQW9

Ritratti:

Għaliex tagħżel Sail to Science?

✔ Servizz dirett mill-Belt Valletta u Tas-Sliema għall-Esplora;
✔ Opportunità biex tesperjenza l-Port il-Kbir b’mod uniku;
✔ Sikur, affidabbli u divertenti għat-tfal u għall-adulti;
✔ Vjaġġ memorabbli li tibqa’ tiftakru.

B’Sail to Science, il-vjaġġ tiegħek isir parti mill-avventura. Itla’ fuq il-luzzu, gawdi l-veduti tal-port, u ħalli l-kurżità twasslek direttament ġewwa l-Esplora għal esperjenza li ma tintesiex.

Prezzijiet:

Adulti: €15 – L-esperjenza tal-Luzzu u d-dħul tal-Esplora inkluż fil-prezz

Tfal: €12 – L-esperjenza tal-Luzzu u d-dħul tal-Esplora inkluż fil-prezz

Tfal zgħar: (0-2 sena): B’xejn

***

F’jiem fejn Luzzu ma jkunx qed jopera minħabba r-riħ jew il-baħar imqalleb se jkun disponibbli mezz alternattiv ta’ trasport fuq l-art, fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

Skeda:

ĦinIt-TnejnIt-TlietaL-ErbgħaIl-ĦamisIl-ĠimgħaIs-SibtIl-Ħadd
09:15Sliema għal EsploraSliema għal EsploraSliema għal EsploraSliema għal EsploraSliema għal EsploraSliema għal EsploraSliema għal Esplora
10:00Valletta għal EsploraValletta għal EsploraValletta għal EsploraValletta għal EsploraValletta għal EsploraValletta għal EsploraValletta għal Esplora
10:45Sliema għal EsploraSliema għal Esplora
11:30Valletta għal EsploraValletta għal Esplora
14:15Esplora għal SliemaEsplora għal SliemaEsplora għal SliemaEsplora għal SliemaEsplora għal SliemaEsplora għal SliemaEsplora għal Sliema
15:15Esplora għal VallettaEsplora għal VallettaEsplora għal VallettaEsplora għal VallettaEsplora għal VallettaEsplora għal VallettaEsplora għal Valletta
15:45Esplora għal SliemaEsplora to Sliema
16:45Esplora għal VallettaEsplora għal Valletta

Avvenimenti

Santa’s STEAM Factory f’Esplora

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more