Sir Xjentist Ċittadin!

Skopri aktar dwar is-Siġar fil-Komunità tiegħek.

Esplora ingħaqad ma’ GLOBE Malta u l-Ambaxxata Amerikana f’Malta. Biex tipparteċipa fil-#TreesChallenge trid tidentifika siġar madwar il-Gżejjer Maltin u mbagħad tkejjel l-għoli tagħhom bl-użu tal-App tan-NASA, GLOBE Observer.

Għaliex is-siġar huma importanti?

Matul l-aħħar għexieren ta’ snin, ħraqna ħafna fjuwils fossili u minħabba f’hekk tfajna ħafna dijossidu tal-karbonju fl-arja. Għalhekk it-temperatura tad-Dinja żdiedet. Minħabba din il-problema, jekk ma nagħmlux xi ħaġa, id-Dinja se tkompli ssir aktar sħuna.

Aħseb fis-siġar bħala sink tal-karbonju. Permezz ta’ proċess naturali, is-siġar huma kapaċi jieħdu d-dijossidu tal-karbonju mill-arja u jużawh biex jikbru! Għalhekk iktar ma jkollna siġar, aktar inkunu nistgħu nikkumpensaw għall-ħsara li toħroġ mill-karburanti fossili. Dan ifisser li mhux biss irridu nbiddlu l-użu tal-fjuwils fossili b’xi forma alternattiva ta’ fjuwils, iżda huwa wkoll importanti li nħawlu siġar u foresti ġodda biex ipattu għal dak il-fjuwil żejjed li hemm fl-arja.

Aġenziji Spazjali bħan-NASA jużaw satelliti biex jiġbru informazzjoni dwar is-siġar li hawn madwar id-dinja – mill-istruttura tagħhom u l-ogħli sa kif il-karbonju jdur fl-ekosistema. Jekk ix-xjenzati jkunu jafu t-tul ta’ siġra, jkunu jistgħu jkejlu kemm għandha karbonju maħżun fiha.

Dan il-kejl, miġbur min-nies madwar id-dinja permezz ta’ apps bħal GLOBE Observer, jgħin lix-xjentisti jqabblu u jivvalidaw l-informazzjoni li tkun miġbura mis-satelliti!

Min jista’ jipparteċipa?

Kulħadd! Familji, studenti, edukaturi, adulti, anzjani. Ix-xjenza hija isbaħ meta nagħmluha flimkien.

Billi tipparteċipa f’din l-isfida inti tkun qed:

X’għandi bżonn biex nipparteċipa?

Kulma għandek bżonn huwa mobile jew tablet u l-app tan-NASA, GLOBE Observer installata fuqhom.

Kif nuża l-App?

Wara li tniżżel l-App, tingħata gwida pass pass dwar kif tista’ tkejjel u tissottometti l-informazzjoni dwar l-ogħli tas-siġar.

Imma jekk tixtieq aktar informazzjoni, segwi l- webinar li se ntellgħu fuq Facebook fit-13 t’Ottubru fis-6pm.

Matul dan il-webinar, apparti li nesploraw l-App innifisha, se nitgħallmu aktar dwar l-oriġini ta’ GLOBE Malta, dwar l-importanza tal-kejl tal-ogħli tas-siġar, dwar kif in-NASA tuża l-informazzjoni miġbura u għaliex l-osservazzjoni minn xjentisti ċittadini hija vitali għar-riċerkaturi madwar id-dinja li qed jippruvaw jifhmu kif il-pjaneta tagħna qed tinbidel kuljum.

Kelliema:

Is-sessjoni se tkun irrekordjata wkoll għal dawk kollha li ma jistgħux jingħaqdu magħna dakinhar.

X’nista’ nagħmel aktar biex ngħin?

Għinna nxerrdu l-kelma dwar għaliex is-siġar huma importanti u għaliex għandna bżonn nipproteġuhom. Kollox jibda minna!

community-trees-challenge-website

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more