Christmas at Esplora


Milied fl-Esplora

X’hemm aħjar milli tiċċelebra Milied b’attivitajiet xjentifiċi li joħolqu kurżità? Il-maġija ta’ dan l-istaġun festiv tibqa’ magħna anke meta nikbru u huwa dan it-tip ta’ faxxinu u kurżità li jgħin kemm tfal, kif ukoll adulti jifhmu d-dinja aħjar.

Il-kurżità hija parti importanti f’kull ħaġa li nagħmlu fl-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza. Nixtiequ li intom – il-viżitaturi tagħna tistaqsu u tippruvaw issolvu wkoll il-mistoqsijiet tagħkom stess. Nixtiequ li tmorru lura għat-tfulija tagħkom, u tieħdu pjaċir u anke tiddevertu hekk kif tipparteċipaw f’attivitajiet tax-xjenza – anke permezz ta’ logħob, għax meta tkunu qed titgħallmu bil-logħob, tkunu tistgħu trawmu aktar l-immaġinazzjoni tagħkom u tistimulaw it-tagħlim, anke dak fis-subkonxju tagħkom. II-programm tal-Milied tal-Esplora għal din is-sena se jiffoka fuq it-tema ‘Lights, Camera, Action!’ fejn l-attivitajiet kollha offruti se jkunu marbuta max-xjenza wara l-produzzjoni tal-films.

Matul il-ġimagħtejn, bejn it-23 ta’ Diċembru 2021 u s-6 ta’ Jannar 2022, se nkunu qed niskopru kif ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika jintużaw fl-industrija tal-produzzjoni tal-films, kemm fuq is-sett, kif ukoll minn wara l-kwinti. Dawn huma l-attivitajiet li għandna għalikom matul dan il-perjodu:

Xows tax-Xjenza

Lights, Camera, Action! | Tħobbuhom il-films tal-Milied? Ingħaqdu mal-ekwipaġġ tal-films tal-Esplora u permezz tax-xjenza, għinuhom joħolqu l-maġija ta’ dawn iż-żminijiet b’elementi klassiċi li jintużaw fil-films tal-Milied. Età: 3-7 snin

12 Days of Christmas | Lesti għal spettaklu mimli reazzjonijiet ikkuluriti, mużika u dimostrazzjonijiet? Ingħaqdu magħna u kantaw hekk kif se nagħtu laqta xjentifika lil din il-kanzunetta tant famuża. Età: 5+

Christmas Trail bit-Tema tal-Milied | Dur dawra mal-Esplora u esplora l-esebiti filwaqt li tiskopri kif ix-xjenza u t-teknoloġija jintużaw fil-produzzjoni tal-films.

Santa u l-Elfi  | Santa u l-Elfi se jkunu qed iżuru l-Esplora u jiltaqgħu mat-tfal (u adulti!) preżenti fiċ-ċentru interattiv. Se jkunu disponibbli biex jiltaqgħu, jieħdu ritratti u jilagħbu logħba żgħira mat-tfal f’dawn il-ġranet u ħinijiet:

L-Erbgħa 8, is-Sibt 11, il-Ħadd 12, it-Tnejn 13, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Diċembru bejn il-11 ta’ filgħodu u t-3 ta’ waranofsinhar.

Il-Ġimgħa 24, il-Ħadd 26, il-Ġimgħa 31 ta’ Diċembru u l-Ħadd 2 ta’ Jannar bejn il-11 ta’ filgħodu u l-5 ta’ waranofsinhar.

Il-biljetti għal Milied fl-Esplora, bejn it-23 ta’ Diċembru 2021 u s-6 ta’ Jannar 2022 se jkunu jistgħu jinxtaw online billi tikklikkja l-buttuna hawn taħt jew mir-reception ta’ l-Esplora fil-jum taż-żjara tiegħek. Ix-Xows tax-Xjenza u Films tal-Planetarium se jkunu offruti fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, għalhekk inħeġġuk tixtri l-biljetti tiegħek online biex biex tiżgura l-post tiegħek.

 

Għall-iskeda tal-ġimgħa, ġentilment aċċessaw l-iskeda tal-ġimgħa Ninkoraġġuwkom ukoll sabiex tiċċekkjaw il-Ħinijiet tal-Ftuħ tagħna minn hawnhekk

img-responsive

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more