Kif Tagħmel Thaumatrope
Thaumatropes huma ġugarelli ottiċi popolari tas-seklu dsatax. Huma jaħdmu billi jużaw il-kunċett ta’ persistenza tal-viżjoni. It-thaumatropes kienu jippovdu divertiment animat sakemm ġie żviluppat iċ-ċinema modern.
- Aqbad kartuna b’forma ċirkulari.
- Agħmlilha toqba fuq iż-żewġ naħat opposti taċ-ċirku.
- Daħħal lasktu ġo waħda mit-toqob u agħmel għoqda billi tgħaddiha fiha nnifisha. Agħmel l-istess fit-tieni toqba bil-lasktu l-oħra.
- Issa rridu nibdew inpinġu! Aħseb f’żewġ immaġini differenti li jkomplu jew jaqblu ma’ xulxin.
- Pinġi waħda minnhom fuq naħa waħda tal-kartuna u l-immaġini l-oħra fuq in-naħa l-oħra.
- L-aktar parti delikata hi biex tpinġi ż-żewġ immaġini li jkunu f’linja korretta meta ddawwar it-thaumatrope. L-aħjar mod biex iġġibhom l-istess huwa li tpinġi l-istampi fiċ-ċentru taċ-ċirku. L-istampa fuq in-naħa ta’ quddiem għandha tkun wieqfa u l-immaġini fuq wara trid tkun rasha ’l isfel.
- Issa dawwar! Aktar ma jdur it-thaumatrope, aktar tkun ċara l-illużjoni.
- Aqsam dak li ħloqt magħna permezz tal-media soċjali. Uża #esploramalta
Kif taħdem?
Meta tħares lejn l-istampa, ir-retina tibqa’ tara l-immaġini għal żmien qasir (madwar 1/30 ta’ sekonda) wara li l-immaġini ma tkunx għadha tidher. Jekk imbagħad tara stampa ġdida, eżatt qabel l-oħra tkun telqet minn fuq ir-retina, il-moħħ jgħaqqad iż-żewġ immaġini flimkien u b’hekk jidhru qishom immaġini waħda.
Fatt Divertenti:
Fil-film ta’ Tim Burton,Sleepy Hollow, kien intuża thaumatrope b’immaġini ta’ għasfur u gaġġa.
Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar il-programm Ġina u l-Esploraturi tista’ taqra hawnhekk
Klikkja hawn hekk trid tniżżel verżjoni PDF bl-istruzzjonijiet għal din l-attivita