Kors ta’ Mindfulness għat-Tfal

Il-Mindfulness huwa mod ta’ kif tħarreġ il-moħħ biex ikun fil-preżent, jiġifieri, li l-konxju tiegħek ikun f’dak il-mument. Huwa wkoll mod kif nosservaw b’mod kurjuż u mingħajr ġudizzju dak li qed jiġri ġewwa fina, kif ukoll madwarna permezz ta’ imħabba, qalb tajba u kompassjoni.

Għalfejn il-prattika tal-Mindfulness hija ta’ benefiċċu għat-tfal?

Permezz tal-prattika ta’ diversi tekniki tal-Mindfulness, ir-riċerka tissuġġerixxi li l-mindfulness jgħin biex inaqqas l-istress, itejjeb il-memorja, isaħħaħ il-fokus u l-konċentrazzjoni, iżid il-kreattività u jtejjeb il-livelli tal-ferħ u l-benesseri ġenerali.

Mindfulness with Elaine b’kollaborazzjoni ma’ Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, se joffru esperjenza mill-aqwa immirata għal tfal ta’ bejn is-6 u l-10 snin permezz ta’ sessjoni interattiva ta’ Mindfulness li ddum madwar sagħtejn. Tul din l-esperjenza, it-tfal se jitgħallmu tekniki differenti ta’ Mindfulness, fejn fl-istess waqt jagħmlu użu mir-riżorsi li l-Esplora għandu x’joffri. Dawn is-sessjonijiet se jiġu organizzat fil-ġurnata tas-Sibt fl-Esplora u l-ewwel waħda se tkun nhar is-Sibt 8 t’April 2023 fil-10 ta’ filgħodu.

Jekk tixtieq li tkun taf aktar informazzjoni dwar din is-sessjoni jew biex tirreġistara l-partiċipazzjoni tat-tfal tiegħek, jekk jogħġbok ikkunttatja lil Mindfulness with Elaine billi tibagħtu messaġġ fuq 79268455 jew fuq il-Paġna ta’ Facebook: https://www.facebook.com/mindfulnesswithelaine, jew email lil mindfulnesswithelaine@gmail.com.

 

mindfulness-course-web

Avvenimenti

Milied Ġewwa L-Esplora

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more