Bi pjaċir inħabbru li ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, l-Esplora għal darb’oħra ngħata s-Siġill prestiġjuż tal-Kwalità Assigurata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA). Dan ir-rikonoxximent huwa xhieda tal-impenn sod tagħna fid-diversi aspetti tal-esperjenza li noffru lill-viżitaturi li jżuru l-Esplora.
Evalwazzjoni Rigoruża għall-eċċellenza
Biex entità tirċievi dan is-siġill trid tgħaddi minn proċess rigoruż ta’ evalwazzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA). Dan il-proċess jinkludi firxa wiesgħa ta’ kriterji, li jiżguraw li kull aspett tal-esperjenza tal-viżitatur jiġi analiżżat u jilħaq standards għoljin. L-oqsma tal-eżaminazzjoni jinkludu:
Tradizzjoni ta’ Servizz mogħti b’Eċċellenza
L-Esplora ġie onorat b’dan ir-rikonoxximent b’mod konsistenti tant illi l-ewwel ma rċevieh kien ħames xhur biss wara l-ftuħ tiegħu fl-2017. Minn dakinhar, ksibna punteġġi għoljin ma’ kull tiġdid. Dan ir-rikonoxximent konsistenti huwa eżempju ċar tad-dedikazzjoni tagħna lejn titjib kontinwu u eċċellenti. Kull premju li ningħataw jenfasizza l-impenn tagħna li nkomplu nsaħħu l-esperjenza għal kull viżitatur li jiġi jżur iċ-Ċentru Interrattiv tagħna.
Ippjana ż-Żjara Tiegħek
Nistednuk iżżur iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza u tara b’għajnejk ir-raġunijiet li aħna rċevejna is-Siġill ta’ Kwalita’ Assigurata, filwaqt li tesperjenza faċilitajiet tal-ogħla livell, esebiti interattivi, u s-servizz eċċezzjonali li jiddistingwi ċ-Ċentru tagħna bħala d-destinazzjoni ewlenija għax-xjenza u l-iskoperta.