Dino Weekend ġewwa l-Esplora

AVVIŻ IMPORTANTI: *Il-biljetti qed jinħatfu!*

Nirringrazzjaw mill-qalb lil kull min diġa’ xtara l-biljetti għall-avveniment ta’ Dino! Bi pjaċir kbir nixtiequ wkoll navżawkom li l-biljetti qed jinbiegħu malajr. Għal dawk li għadhom ma bbukjawx il-biljetti tagħhom, *se jkun hemm għadd limitat ta’ biljetti li se jkunu qed jinbiegħu biss mal-bieb* fuq bażi ta’ first come first served. Inħeġġukom għalhekk biex taħsbu kmieni ħalli ma tiddiżappuntawx ruħkom! Narawkom hemm!

Ingħaqad magħna għad-Dino Weekend li se jittella’ l-Esplora bejn l-14 u l-15 ta’ Settembru! Dan l-avveniment uniku li huwa mmirat għall-familji bit-tfal ta’ kull età, se jkun imżejjen b’avventuri, attivitajiet interattivi, wirjiet interessanti, u esperjenzi divertenti.

Int għalhekk mistieden tersaq viċin il-mudelli mdaqqsin tad-dinosawri li se jkunu esebiti l-Esplora, tħaffer biex issib il-fossili, u għaliex le, tfittex il-paleontologu li għandek fik. Kemm jekk iċ-ċkejknin tiegħek huma ffissati fuq id-dinosawri, jew kurjużi jsiru jafu aktar dwarhom, żgur se ssib dan l-avveniment interessanti.

Titlifx dan il-vjaġġ esplorattiv fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza fejn ix-xjenza u l-immaġinazzjoni jieħdu l-ħajja!

Hawn taħt tista’ ssib xi wħud mill-attivitajiet skedati waqt dan l-avveniment għal kull min  taffaxinah id-dinja meraviljuża tad-dinosawri:

Dino Doom (Ages 5+)

Solvi l-misteru ta’ kif id-dinosawri sparixxew mill-pjaneta tagħna! Dan ġara minħabba xi meteora ġganteska, jew forsi xi żbroff vulkaniku kolossali? Permezz ta’ serje ta’ esperimenti u live demos, it-tfal ikunu jistgħu jesploraw it-teoriji differenti li jispjegaw l-estinzjoni tad-dinosawri u jiskopru x-xjenza li tagħti l-ħajja lil dan l-avveniment preistoriku.

Digit Diggers (Ages 7+)

Ingħaqad ma’ tim ta’ paleontologi żgħażagħ hekk kif malli janalizzaw l-marki tas-saqajn  tad-dinosawru, jiżvelaw sigrieti inkredibbli dwar dawn il-kreaturi preistoriċi. Billi janalizzaw u josservaw dawn il-binarji, il-parteċipanti se jgħaqqdu flimkien l-istorja tad-dinosawri — jiskopru kif kienu jiċċaqalqu, kemm kienu kbar, u anke  x’kienu jieklu!

Habitat Lab (Ages 4+)

Idħol fid-dinja tad-dinosawri u esplora l-ambjent uniku li kienu jgħixu fih. It-tfal se jingħataw l-opportunità li jkunu jafu dwar il-karatteristiċi speċjali li permezz tagħhom id-dinosawri setgħu jadattaw ruħhom għall-ambjent ta’ madwarhom. It-tfal se jużaw il-briks tal-LEGO, biex jibnu d-dinosawru tagħhom stess u jiddisinjawh biex dan ikun jista’ jgħix fl’abitat tal-għażla tagħhom!

Fossil Detectives (Ages 3-6)

Waqt dan il-workshop it-tfal se jkollhom iċ-ċans jsiru palaeontologi ta’ veru! L-esploraturi żgħar se jħaffru għall-fossili, u wara li janalizzawhom jitgħallmu dwar it-tipi differenti ta’ dinosawri. Permezz ta’ dan il-workshop se jsiru jafu dwar l-importanza tal-fossili u kif permezz ta’ sejbiet reċenti għadna niskopru affarijiet ġodda dwar id-dinosawri.

Dino Themed Messy Play (Ages 0-2)

Din l-attivita mmirata għal tfal żgħar ħafna tintroduċi d-dinja tad-dinosawri liċ-ċkejknin tagħna permezz ta’ logġob sensorju. Din iż-żona toffri attivitajiet fejn il-ġenituri huma mistednin jistimulaw is-sensi tat-tfal tagħhom u jqanzlu fihom kurżita. Dan huwa l-mod ideali kif inrawwmu t-tfal jiskopru affarijiet ġodda f’ambjent li għalkemm jista’ jkun ġdid għalihom joffrilhom sens ta’ divertiment u skoperta!

Informazzjoni utli:

Dati tal-Avveniment: 14 – 15 ta’ Settembru

Swali tal-Esibiti: Miftuħin

Ħinijiet tal-Ftuħ: Mill-10am sal-5pm

Udjenza fil-Mira: Familji bi tfal ta’ kull etajiet

Żoni fuq barra: Aċċessibbli

EsploraPlanetarium: Miftuħ

EsploraCafé: Miftuħ għal ikliet ħfief.

Prezz tal-Avveniment: Adulti €11, Tfal (Bejn 3-15 il-sena) €6

Tariffi tad-dħul:

Trabi (0-2 snin): B’ XEJN

Detenturi tal-Karta tad-diżabbiltà : €3 (1 x carer b’ xejn)

Anzjani (60 +): €4 biljett

Tfal (3-15-il sena): €5 biljett għall-adulti

Rata tal-istudenti: Ma tapplikax.

Avviż importanti: Biljetti li nkisbu bla ħlas, vouchers, jew offerti skontati ma jistgħux jissarrfu waqt dan l-avveniment.

*Il-biljetti qed jinħatfu!* *Se jkun hemm għadd limitat ta’ biljetti li se jkunu qed jinbiegħu biss mal-bieb* fuq bażi ta’ first come first served. Inħeġġukom għalhekk biex taħsbu kmieni ħalli ma tiddiżappuntawx ruħkom! Narawkom hemm!


Esplora jħabbar Dino Weekend b’ Tour Esklussiv tal-Film!

Bi pjaċir kbir, l-Esplora jħabbar kollaborazzjoni esklussiva ma’ Screen Malta (Il-Kummissjoni Maltija tal-Films) fejn fi tmiem din il-ġimgħa permess ta’ esperjenza unika se tingħata l-ħajja lid-dinja tad-dinosawri b’Dino Weekend!

Imwaqqfa fl-2020, il-Kummissjoni Maltija tal-films kienet kruċjali fit-trasformazzjoni ta’ Malta f’ċentru għall-produzzjonijiet internazzjonali tal-films. B ’suċċessi riċenti bħal “Jurassic World Dominion,” il-Kummissjoni qed tkompli tattira studios ewlenin lejn gżiritna. Bl-aħħar produzzjoni tagħha fis-Saga Ġurassika fejn għadu kif intemm il-ġbid tal-films f’ Malta x-xahar li għadda, l-Esplora se jkollu xi props mill-film Jurassic World  għall-wiri. Permezz ta’ dawn l-esebit waqt ll-avveniment ta’ Dino Weekend, id-dilettanti tal-films tas-sensiela  Ġurassika se jkollhom xalata ta’ divertiment!

Għalhekk titlifx dan iċ-ċans li tkun parti minn Dino Weekend fl-Esplora! Kemm jekk taffaxxina ruħek bil-produzzjoni tal-films kif ukoll jekk tissaħħar bid-dinja tad-dinosawri, dan l-avveniment joffri xi ħaġa għal kulħadd. Ippjana ż-żjara tiegħek u pprepara għal weekend Dino-tastiku!

Ipparteċipa fil-kompetizzjoni ta’ Dino Weekend!

Waqt Dino Weekend, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunita’ li jipparteċipaw f ’kompetizzjoni esklussiva u jidħlu biċ-ċans li jirbħu esperjenza indimentikabbli! Ir-rebbieħa li se jitħabbru nhar [data] se jirbħu esperjenza unika ta’ tour bil-gwida ġewwa l-Forti Ricasoli u l-istudios tal-Films!

X ’jinkludi dan il-Premju fantastiku?

Tour esklussiv ta’ 90 minuta: Ir-rebbieħa se jgawdu dawra mall-gwida ta’ 90 minuta tal-Forti Ricasoli u l-Malta Film Studios, żewġ postijiet ikoniċi marbutin ħafna mal-industrija tal-films f’Malta, fejn inġibdu wħud mix-xeni ewlenin ta’ Jurassic World u films oħra famużi!

Skopri s-sigrieti wara l-produzzjoni tal-films: Sir af dwar il-proċess tal-produzzjoni tal-films mill-esperti hekk kif tiskopri t-teknika u s-snajja involuti fil-ħolqien tal- blockbuster movies.

Ittawwal fid-dinja maġika taċ-ċinematografija : Minn effetti speċjali sa kif jinħoloq id-disinn tas-sett, il-gwidi esperti tagħna se jipprovdulek spjegazzjonijiet interessani immens  matul waqfiet fis-siti ewlenin sabiex inti tkun tista’ tesperjenza l-mod kif il-produtturi tal-films jagħtu l-ħajja lill-viżjonijiet tagħhom. Żur il-postijiet fejn inġibdu xeni famużi minn films bħal Jurassic World Dominion u intasab proprju fil-post eżatt fejn il-karattri favoriti tiegħek ġew iffilmjati fil-film waqt li tesplora dawn il-lokalitajiet ikoniċi!

Flessibbilta’ ta’ ġranet u ħinijiet : Sabiex niżguraw l-aħjar esperjenza possibli għar-rebbieħa tal-kompetizzjoni qed noffru għażliet flessibbli ta’ ġranet u ħinijiet. Għaldaqstant, it-tour se jkun skedat jew għal ġurnata fost il-ġimgħa jew inkella għal nhar ta’ Sibt filgħodu. Dan jiddependi mid-disponibbilta’ tal-istudios tal-films u tal-Forti Ricasoli. Aktar dettajli dwar il-ħinijiet u d-dati tat-tour se jiġu kkonfermati lir-rebbieħa malli joqrob l-avveniment. Ibqa’ ċċekja għal aktar dettalji ladarba jitħabbru r-rebbieħa!

Nota importanti dwar l-Aċċessibilita’: Filwaqt li nagħmlu ħilitna biex nakkomodaw lill-viżitaturi kollha tagħna nixtiequ ġentilment ninfurmawk li mhux l-inħawi kollha tal-Forti Ricasoli u l-istudios tal-films huma aċċessibbli bis-siġġu tar-roti jew bil-pushchairs. Minħabba n-natura storika ta’ dawn is-siti, it-terren jista’ jippreżenta sfidi għal dawk bi bżonnijiet ta’ mobilita’.

Kif tipparteċipa fil-kompetizzjoni ta ’Dino Weekend:

1. Żur l-Esplora waqt Dino Weekend: Idħol fid-dinja preistorika filwaqt li tgawdi mill-attivitajiet eċċitanti li sejrin noffrulkom.

2. Mal-wasla tiegħek, iġbor il-polza tal-vot tiegħek għall-kompetizzjoni mir-reception.

3. Imla l-polza bl-informazzjoni meħtieġa.

4. Issottometti l-polza tal-vot tiegħek.

5. Ittanta xortik: Żewġ familji (sa 3 persuni għal kull familja) se jintgħażlu bil-polza bħala rebbieħa tal-kompetizzjoni.

Noti importanti:

Eliġibilita’ : Il-kompetizzjoni hija miftuħa għall-familji, u huwa rakkomandat li l-parteċipanti jkollhom il’ fuq minn 5 snin biex igawdu mill-aħjar esperjenza.

• Familji rebbieħa: Iż-żewġ familji xxurtjati se jkollhom l-opportunita; unika li jagħmlu tour  minn wara l-kwinti tal-Forti Ricasoli u l-istudios tal-films ma’ gwidi esperti!

Titlifx dan iċ-ċans li tirbaħ tour esklussiv waqt Dino Weekend fl-Esplora!

Dwar il-Kummissjoni Maltija tal-films

Il-Kummissjoni Maltija tal-Films li twaqqfet fis-sena 2020 kienet strumentali biex poġġiet lill-gżiritna fil-quċċata bħala destinazzjoni ewlenija tal-films. Permezz tal-missjoni tagħha, il-Kummissjoni tappoġġja l-industrija tal-films filwaqt li tattira produzzjonijiet internazzjonali, u toħloq settur awdjoviżiv mill-aqwa li jirriżulta fi tkabbir ekonomiku sinifikanti u jiftaħ bosta opportunitajiet għat-talent lokali.

Permezz ta’ inizjattivi bħal Screen Malta, il-Kummissjoni Maltija tal-films tkompli issaħħaħ r-reputazzjoni ta’ gżiritna bħala “Hollywood fil-Mediterran.”  Dan is-suċċess huwa possibli permezz tal-promozzjoni ta’ lokalitajiet diversi u uniċi li għandna f’Malta u li huma idejali għall-produzzjoni tal-films. Permezz ta’ din il-promozzjoni, il-Kummissjoni jirnezziela tattira firxa wiesgħa ta’ produzzjonijiet internazzjonali, li jvarjaw minn films blockbuster għal sensiliet televiżivi.

Nistiednu lid-dilettanti tal-films u lil dawk li jħobbu d-dinosawri, kif ukoll lil dawk li togħġobhom l-avventura biex jingħaqdu magħna għal dan il-weekend uniku fl-Esplora! Kemm jekk issaħrek il-maġija tal-films, jew jekk jafaxxinawk il-ħlejjaq preistoriċi, jew sempliċement qed tfittex esperjenza unika, dan l-avveniment għandu xi ħaġa tgħodd għal kulħadd!

Avvenimenti

Serata għall-Edukaturi fl-Esplora

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more