Stqarrija għall-Istampa Maħruġa minn Xjenza Malta – Is-Singathon ta’ 48 Siegħa jintemm b’suċċess bl-appoġġ ta’ Xjenza Malta

Ġiet fi tmiemha l-maratona ta’ 48 siegħa ta’ kant organizzata mill-artist Ozzy Lino bl-appoġġ ta’ Xjenza Malta b’risq tlett entitajiet lokali li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali.


Din il-maratona ta’ 48 siegħa kant minn Ozzy Lino akkumpanjat minn bosta artisti lokali kienet waħda ta’ reżiljenza, tama, kuraġġ u għarfien akbar lejn is-saħħa mentali.


Il-maratona, l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fis-sala tal-Planetarium fl-Esplora ttellgħet b’risq Richmond Foundation, Caritas u l-Assoċjazzjoni dwar is-Saħħa Mentali f’Għawdex.


Il-Kap Eżekuttiv ta’ Xjenza Malta Silvio Scerri fi tmiem il-maratona sostna li “Xjenza Malta hija dejjem miftuħa biex tgħin f’dawn it-tip ta’ inizjattivi. Kommessi li bħala entità nkomplu naħdmu biex inkabbru l-għarfien dwar is-saħħa mentali bil-mezzi kollha tagħna.

Din kienet wirja ta’ reżiljenza minn Ozzy Lino, li kien il-moħħ wara din il-maratona ta’ kant u ta’ min ifaħħar l-isforz kbir fit-48 siegħa li dam għaddej biex din l-inizjattiva kienet ta’ suċċess kbir”. Xjenza Malta tirringrazzja lil kull min ikkontribwixxa b’kull mod possibbli lejn din il-kawża ġusta. “Grazzi lil kulħadd, emozzjonat u ferħan li tajna dal-kontribut. Flimkien inkissru din l- istigma tant inġusta” temm jgħid il-Kap Eżekuttiv Silvio Scerri.


Ozzy Lino kellu kliem ta’ tifħir lejn il-Kap Eżekuttiv Silvio Scerri. Qal li kull meta fittex lill-Kap Eżekuttiv sabu ta’ sostenn kbir għaliex emmen fil-kawża ġusta dwar aktar għarfien u għajnuna lil min għandu bżonn fis-saħħa mentali.

Avvenimenti

Xjenzanzjan – Taħditiet tax-Xjenza għal Imħuħ Kurjużi

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more