Pakketti ta’ biljett għall-familji u ħbieb

Il-pakketti ta’ biljetti speċjali immirati għall-familji u l-ħbieb huma ddisinjati biex joffru roħs għall-viżitaturi tagħna meta jżuruna flimkien mal-familja tagħhom jew mal-ħbieb. Grazzi għal ambjent bi klima kkontrollata, tim ta’ persuni li jafu sew is-suġġett tax-xjenza u esperjenza edukattiva iżda divertenti, m’hemmx post aħjar fejn tista’ tqatta’ l-ġranet tiegħek, minn l-uniku ċentru tax-xjenza f’Malta.

Iċ-ċentru tagħna huwa wkoll kburi bit-tim ta’ persuni kkwalifikati li għandu, li lesti wkoll biex jassistu lill-viżitaturi kollha u jiggwidawhom mal-esibiti. Kemm jekk għandek mistoqsijiet fuq id-Dinja u l-pjaneti, jew jekk trid tagħmel l-esperimenti tax-xjenza fil-kumdità tad-dar jew tixtieq tkun taf liema mill-esibiti għandek tipprova l-ewwel, it-tim jinsab hemm biex jagħtu esperjenza mill-aqwa lill-viżitatur.

Dak li jiddistingwi ċ-ċentru tagħna huwa l-bilanċ bejn edukazzjoni u divertiment. Filwaqt li l-esebiti tagħna huma mimlijin valur edukattiv, aħna kburin li nippreżentaw is-suġġetti tax-xjenza b’tali mod li jkunu divertenti għal kull età. Minn workshops interattivi għal shows tax-xjenza, fl-Esplora jkollok esperjenza li tqanqal l-entużjażmu u l-kurżità.

Il-pakketti speċjali tal-Familji u l-Ħbieb jiżguraw li kulħadd jista’ jingħaqad fid-divertiment. Tista’ ġġib miegħek lill-familja kollha jekk trid – grazzi għall-pakketti ta’ 2 adulti u 3 itfal tista’ tesplora ċ-ċentru billi tħallas €26. Tixtieq tiġi ma’ aktar ħbieb? Mhux problema!  Jekk tifforma parti minn grupp iżgħar, għandna wkoll pakkett ideali għalik għax dak ta’ €17 huwa perfett għal adult u 2 itfal! U għal familja ta’ erbgħa, permezz tal-pakketti ta’ €22 jistgħu jidħlu 2 adulti u 2 itfal u b’hekk ħadd ma jitlef ġurnata ta’ divertiment.

Kemm jekk qed tfittex ġurnata edukattiva jew lok fejn tista’ tgawdi ġurnata sabiħa mal-familja u l-ħbieb, iċ-ċentru tax-xjenza tagħna huwa l-post ideali għalikom.

Il-Pakketti ta’ Biljetti għall-Familji u Ħbieb

1 Adulti + 2 Itfal  –  €17

2 Adulti + 2 Itfal  –  €22

2 Adulti + 3 Itfal  –  €26

Termini u Kundizzjonijiet:

Eliġibilità:

Xiri u Użu:

X’jinkludi l-Pakketti:

Kanċellazzjoni u Rifużjonijiet:

 

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more