Twettieq ta’ Riċerka

Bħala l-uniku Ċentru Interattiv tax-Xjenza f’Malta, Esplora dejjem issibu minn ta’ quddiem biex isostni u jgħin fit-tixrid ta’ riċerka li ssir fil-Gżejjer Maltin u lil hinn minnhom. Fil-fatt, fost il-Key Performance Indicators tal-organizzazzjoni wieħed isib l-inkoraġġiment biex issir riċerka bbażata fuq evidenza sabiex tgħin fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, kif ukoll li ċ-ċentru jservi ta’ laboratorju fejn wieħed jista’ jitwettaq ir-riċerka, f’oqsma bħal tal-Arti, ix-Xjenza Soċjali u l-Istudji Umanistiċi, fost l-oħrajn.

Membri tal-istaff tal-Esplora, kif ukoll terzi persuni li huma interessati biex iwettqu riċerka relatata mal-oqsma ta’ Edukazzjoni STEM, Komunikazzjoni tax-Xjenza, Edukazzjoni dwar Mużewijiet u Edukazzjoni Mhix Formali b’kollaborazzjonim Esplora u/jew fil-bini tal- Esplora (fil-Kalkara) huma mistiedna sabiex jimlew il‑formola li hi aċċessibbli permezz ta’ din il-ħolqa.

Aħna ninsabu ħerqanin sabiex nisimgħu mingħandkom!

It-Tim ta’ Esplora

 

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more