Esplora, iċ-Ċentru Interattive tax-Xjenza, joffri esperjenzi ta’ tagħlim varju għall-iskejjel, fejn fihom jispira lill-istudenti u jħeġġiġhom jippruvaw l-attivitajiet ippreżentati lilhom. Dawn l-attivitajiet jinkludu xows tax-xjenza, workshops, films tal-Planetarium, esebiti interattivi u ġabra ta’ attivitajiet għal kull sala ta’ esebizzjoni, wirjiet artistiċi, avvenimenti, kif ukoll CPDs għall-edukaturi.
Il-Programm Edukattiv huwa ideali biex jintuża mill-edukaturi li jkunu qegħdin jippjanaw iż-żjara tagħhom ġewwa l-Esplora flimkien mal-istudenti. Dan il-programm jipprovdi dettall fuq l-attivitajiet u l-esperjenzi, skont l-etajiet meħtieġa, u anke skont ix-xahar li wieħed ikun jixtieq jibbukkja. L-għan ewlieni huwa li tiġi kkultivata l-kurżità fix-xjenza u jgħin sabiex il-viżitaturi jkunu aktar kreattivi.
Biex innaqqsu l-konsum tal-karta tagħna, il-programm ta’ din is-sena jista’ jiġi aċċessat b’mod diġitali.
Niżżel il-Programm Edukattiv tiegħek illum!
Nixtiequ wkoll inħeġġu lill-Edukaturi kollha sabiex jissieħbu fil-Grupp Uffiċjali tal-Edukaturi tal-Esplora fuq Facebook. U tinsews tabbonaw ukoll fuq il-Youtube chanel tal-Esplora għal aktar attivitajiet STEM u esperimenti li jistgħu jkunu ta’ kumpliment tat-tagħlim kemm fid-dar kif ukoll fil-klassi!