130 nominazzjoni għall-Għoti Nazzjonali ta’ Premjijiet fl-Oqsma tax-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika (STEM), organizzati mill-MCST

Aktar minn 130 persuna ġew nominati għal premjijiet fl-oqsma tax-Xjenza, it-Teknologija, l-Inġinerija u l-Matematika (STEM) u saret evalwazzjoni minn bord indipendenti ta’ esperti skont il-kriterji stabbiliti f’kull waħda mill-għaxar kategoriji li se jiġu ppremjati.

F’diskors tal-okkażjoni, il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici wera sodisfazzjon għas-suċċess li qed jiksbu ħafna Maltin f’dawn l-oqsma. Qal li, “Din l-okkażjoni għandha sservi biex iktar nies isiru konxji mix-xogħol siewi li qed isir f’pajjiżna fl-oqsma STEM u anke biex tħajjar iktar lill-ġenerazzjoni żagħżugħa tersaq lejn dawn is-suġġetti tant importanti għal pajjiżna u għall-Ewropa”.

“Il-gvern huwa impenjat juri l-importanza tax-xogħol li qed isir mill-akkademiċi tagħna fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika, u jinkoraġġixxi u jimmotiva oħrajn ikomplu l-istudji u l-karrieri tagħhom f’dawn l-oqsma”, qal il-ministru.

Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kullegg Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Jeffrey Pullicino Orlando qal, “Dawn il-premjijiet, li se jibdew jingħataw kull sentejn, għandhom l-għan li jonoraw u li jirrikonoxxu x-xogħol notevoli u siewi li qed isir fix-xena lokali fl-oqsma STEM – kemm fis-settur tal-impjiegi, tal-edukazzjoni u f’dak soċjali”.

Biex jindirizza d-domanda dejjem tikber u n-nuqqas imbassar ta’ ħaddiema b’ħiliet fis-suġġetti STEM madwar l-Ewropa, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija qed iħaddem in-National STEM Working Group miċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenzi, l-Esplora.

Dan il-working group irnexxielu jgħaqqad flimkien l-istakeholders ewlenin fl-oqsma STEM, bħall-Università ta’ Malta (UM), il-Kulleġġ tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) u l-MCST stess sabiex joħloq għarfien u jindirizza n-nuqqas ta’ ħiliet fis-suġġetti STEM.

L-għoti ta’ premjijiet nazzjonali fis-suġġetti STEM, li se tkun livestreamed minn Villa Bighi fid-9 ta’ Lulju 2021, hija waħda mill-azzjonijiet ewlenin ta’ dan il-working group.

sdm_8883  _sdm6020  _sdm6008

Avvenimenti

Milied Ġewwa L-Esplora

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more