Nissalvagwardjaw il-Futur: Ninvestu f’Ekonomija Ekoloġika

Sirna nafu b’dokumentarju magħmul mill-World Wildlife Fund (WWF), li jismu Our Planet: Too Big to Fail. Id-dokumentarju jesplora r-riskji li ġġib in-nuqqas t’azzjoni, l-impatt tal-istess investiment tas-soltu u r-rwol li s-settur tal-finanzi jista’ jkollu fir-rigward ta’ futur sostenibbli.

Fis-Science Cafe, Nissalvagwardjaw il-Futur: Ninvestu f’Ekonomija Ekoloġika iddiskutejna l-Ekonomija Ekoloġika flimkien ma’ esperti fl-oqsma tar-Riċerka, l-Enerġija, l-Investiment u l-Intrapriża. Dan is-Science Cafe se jiddiskuti modi ta’ kif Malta qed tindirizza dan is-suġġett, dwar pjani futuri u l-aħjar prattiki fil-qasam.

Il-missjoni lejn ekonomija netta u t-tnaqqis fid-degradazzjoni ambjentali hija investiment għall-futur tagħna stess; futur li jkollu inqas imprevedibbilità fit-temp u inqas pandemiji. Dan kollu kif jinfluwenza l-futur tal-ekonomija, tal-investiment u tal-kapital? U kif nistgħu nippjanaw għal dawn l-eventwalitajiet?

 

Dan is-Science Café kien indirizzat minn:

Is-Sur Mario Galea, Konsulent, Ministeru għar-Riċerkja, l-Innovazzjoni u l-Kordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19

Is-Sur Steve Ellul, Konsulent tal-Politika, Ministeru tal-Enerġija, Entrapriża u Żvilupp Sostenibbli

Is-Sa. Corinne Muscat Terribile, Deputat Direttur – Sezzjoni tal-Internazzjonalizazzjoni, MCST

Dott. Jonathan Spiteri, Ekonomista u Lettur, Fakulta tal-Ekonomija, Maniġment u Kontabilità, Università ta’ Malta

Moderatur: is-Sa. Sarah Galea, Programme Developer, Esplora

 

Id-dokumentarju Our Planet: Too Big to Fail tistgħu tarawh minn hawnhekk: https://www.ourplanet.com/en/video/our-planet-too-big-to-fail/

 

Dan is-Science Cafe kien bil-Malti. BIex tarah idħol hawn

sciencecafe-greeneconomy-website

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more