Sajjar ma’ Ġina It-Tieni Parti

Ippruvajtuha r-riċetta li tawna Ġina u Katrina l-ġimgħa l-oħra? Tixtiequ tippruvaw oħra? Iċċekjaw l-ingredjenti ta’ hawnhekk.

 

Ġelat bil-Melħ

Għandek bżonn

 

Metodu

  1. Itfa’ l-ħalib, krema friska, zokkor u vanilla fil-borża tal-plastik żgħira u ħawwad sew. Għalaq il-borża sew.
  2. Żid is-silġ u l-melħ fil-borża l-kbira. Uża mgħarfa biex tħawwadhom flimkien.
  3. Itfa’ l-borża ż-żgħira fil-borża l-kbira. Ara li l-borża ż-żgħira hija mdawra sew bis-silġ.
  4. Agħlaq il-borża l-kbira. Ċaqlaq il-borża bis-saħħa għal madwar 10 minuti. (Attenti! Il-borża se tkun kiesħa ħafna! Staqsu lil xi ħadd adult għall-għajnuna)
  5. Iftaħ iż-żewġ boroż biex idduq il-ġelat fil-borża ż-żgħira! Jekk it-taħlita għadha likwida wisq, erġa’ agħlaq il-boroż u ħawwadhom għal ftit tal-ħin iktar.

 

Tixtieq tesperimenta? Oħloq togħmiet ta’ ġelati oħrajn billi tħallat ingredjenti differenti (bħal kokotina, biċċiet taċ-ċikkulata jew frott) mal-ħalib u l-krema.

 

Għal aktar informazzjoni dwar Ġina u l-Esploraturi, aqra hawnhekk

02-website-750x5002-1

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more