Ippruvajtu toħolqu appart biex tkejlu x-xita l-ġimgħa l-oħra? Din il-ġimgħa Des se jurikom kif tagħmlu tromba tal-ilma. Iċċekkjaw il-metodu tiegħu hawn isfel u ppruvawha intom ukoll.
X’għandek bżonn
Superviżjoni ta’ Adult hija meħtieġa għal din l-attività
Metodu
1 Inkolla l-għotjien tal-fliexken flimkien mill-parti ċ-ċatta tal-għatu.
2 Itlob għajnuna mingħand xi adult biex bid-driller jgħinek tagħmel toqba fiċ-ċentru tal-għotjien.
3 Imla wieħed mill-fliexken bl-ilma. Jekk trid, tista’ żżid il-food colour mal-ilma.
4 Agħlaq il-fliexken bit-tappijiet li għadek kemm inkollajt flimkien. Issa għandek żewġt ifliexken imwaħħlin ma’ xulxin u konnessi b’toqba fin-nofs.
5 Aqleb il-fliexken ta’ taħt fuq biex il-flixkun mimli jiġi fuq.
6 Ħawwad il-flixkun ta’ fuq u osserva kif il-fluss tal-ilma minn flixkun għall-ieħor jinżel billi tinħoloq tromba.
Għal aktar informazzjoni dwar Ġina u l-Esploraturi aqra hawnhekk
Klikkja hawn hekk trid tniżżel verżjoni PDF bl-istruzzjonijiet għal din l-attivita