Kif tagħmel Tromba tal-Ilma fi flixkun

Ippruvajtu toħolqu appart biex tkejlu x-xita l-ġimgħa l-oħra? Din il-ġimgħa Des se jurikom kif tagħmlu tromba tal-ilma. Iċċekkjaw il-metodu tiegħu hawn isfel u ppruvawha intom ukoll.

 

X’għandek bżonn

 

Superviżjoni ta’ Adult hija meħtieġa għal din l-attività

 

Metodu

1         Inkolla l-għotjien tal-fliexken flimkien mill-parti ċ-ċatta tal-għatu.

2          Itlob għajnuna mingħand xi adult biex bid-driller jgħinek tagħmel toqba fiċ-ċentru tal-għotjien.

3          Imla wieħed mill-fliexken bl-ilma. Jekk trid, tista’ żżid il-food colour mal-ilma.

4          Agħlaq il-fliexken bit-tappijiet li għadek kemm inkollajt flimkien. Issa għandek żewġt ifliexken imwaħħlin ma’ xulxin u konnessi b’toqba fin-nofs.

5          Aqleb il-fliexken ta’ taħt fuq biex il-flixkun mimli jiġi fuq.

6          Ħawwad il-flixkun ta’ fuq u osserva kif il-fluss tal-ilma minn flixkun għall-ieħor jinżel billi tinħoloq tromba.

 

Għal aktar informazzjoni dwar Ġina u l-Esploraturi aqra hawnhekk

 

Klikkja hawn hekk trid tniżżel verżjoni PDF bl-istruzzjonijiet għal din l-attivita

 

05-website-750x5005

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more