Sessjoni ta’ Mindfulness għat-tfal

Il-kunċett ta’ Mindfulness huwa metodu ta’ kif jitħarreġ il-moħħ sabiex ikun aktar preżenti u konxju f’dak il-mument. Huwa wkoll mod kif nosservaw  dak li qed jiġri ġewwa fina, kif ukoll madwarna, b’ kurżità u mingħajr ġudizzju, u minflok neżerċitaw imħabba, qalb tajba u kompassjoni.

Għalfejn huwa ta’ benefiċċu għat-tfal li jipprattikaw  il-Mindfulness?

Permezz tal-prattika ta’ diversi metodi tal-Mindfulness, ir-riċerka tissuġġerixxi li l-mindfulness jgħin biex inaqqas l-istress, itejjeb il-memorja, isaħħaħ il-konċentrazzjoni, iżid il-kreattività u jferraħ lil dak li jkun u jagħmlu aktar kuntent. 

‘Mindfulness with Elaine’ b’kollaborazzjoni ma’ Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, se joffru sessjoni interattiva ta’ Mindfulness, li ddum madwar sagħtejn u li se tkun immirata għat-tfal ta’ bejn is-6 u l-10 snin. Waqt din l-esperjenza mill-aqwa, it-tfal se jitgħallmu metodi differenti ta’ Mindfulness, fejn se jkunu qed jużaw  riżorsi li l-Esplora għandu x’joffri. Din is-sessjoni se tiġi organizzata l-Esplora nhar is-Sibt 5 ta’ Ottubru 2024 fl-10 ta’ filgħodu.

Jekk tixtieq aktar informazzjoni dwar din is-sessjoni żur il-Paġna ta’ Facebook: https://www.facebook.com/mindfulnesswithelaine, . 

Biex tirreġistra l-partiċipazzjoni tat-tfal tiegħek, jekk jogħġbok ikkunttatja lil ‘Mindfulness with Elaine’ billi tibagħat messaġġ fuq 79268455 jew ibgħat email lil mindfulnesswithelaine@gmail.com

Avvenimenti

Milied Ġewwa L-Esplora

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more