Il-kunċett ta’ Mindfulness huwa metodu ta’ kif jitħarreġ il-moħħ sabiex ikun aktar preżenti u konxju f’dak il-mument. Huwa wkoll mod kif nosservaw dak li qed jiġri ġewwa fina, kif ukoll madwarna, b’ kurżità u mingħajr ġudizzju, u minflok neżerċitaw imħabba, qalb tajba u kompassjoni.
Għalfejn huwa ta’ benefiċċu għat-tfal li jipprattikaw il-Mindfulness?
Permezz tal-prattika ta’ diversi metodi tal-Mindfulness, ir-riċerka tissuġġerixxi li l-mindfulness jgħin biex inaqqas l-istress, itejjeb il-memorja, isaħħaħ il-konċentrazzjoni, iżid il-kreattività u jferraħ lil dak li jkun u jagħmlu aktar kuntent.
‘Mindfulness with Elaine’ b’kollaborazzjoni ma’ Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, se joffru sessjoni interattiva ta’ Mindfulness, li ddum madwar sagħtejn u li se tkun immirata għat-tfal ta’ bejn is-6 u l-10 snin. Waqt din l-esperjenza mill-aqwa, it-tfal se jitgħallmu metodi differenti ta’ Mindfulness, fejn se jkunu qed jużaw riżorsi li l-Esplora għandu x’joffri. Din is-sessjoni se tiġi organizzata l-Esplora nhar is-Sibt 5 ta’ Ottubru 2024 fl-10 ta’ filgħodu.
Jekk tixtieq aktar informazzjoni dwar din is-sessjoni żur il-Paġna ta’ Facebook: https://www.facebook.com/mindfulnesswithelaine, .
Biex tirreġistra l-partiċipazzjoni tat-tfal tiegħek, jekk jogħġbok ikkunttatja lil ‘Mindfulness with Elaine’ billi tibagħat messaġġ fuq 79268455 jew ibgħat email lil mindfulnesswithelaine@gmail.com