Il-Karta ta’ Konċessjoni tal-Esplora

X’inhi Il-Karta ta’ Konċessjoni tal-Esplora ?

Il-Karta ta’ Konċessjoni tal-Esplora  qiegħda  hemm biex tgħin lill-viżitaturi tagħna meta dawn ikollhom bżonn assistenza speċjali minħabba xi kundizzjoni jew diżabilità, u li m’għandhomx il-Karta s-Safra ta’ Diżabilità jew il-Karta ta’  Diżabilità tal-UE. Bil-Karta ta’ Konċessjoni  tal-Esplora, viżitaturi li jkollhom dawn il-bżonnijiet jistgħu jidħlu l-Esplora u jgawdu minn kwalunkwe attività addizzjonali għall-prezz ta’ biljett għal persuni b’diżabilità. Il-Karta ta’ Konċessjoni   tippermettilhom ukoll idaħħlu magħhom persuna adulta waħda, mingħajr ħlas.

Permezz tal-Karta ta’ Konċessjoni tal-Esplora , il-viżitatur, flimkien mal-persuna rispettiva li tkun qiegħda tieħu ħsiebu jew tassistih, jekk preżenti,  ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jistennew fil-kju fiż-żoni ewlenin taċ-Ċentru, għaliex it-tim tagħna se jipprova joffri soluzzjoni alternattiva biex jakkomoda l-viżitatur.

Kif għandek tapplika għall-Karta ta’ Konċessjoni tal-Esplora ?

Il-Karta ta’ Konċessjoni tal-Esplora  tista’  tinkiseb b’wieħed mill-modi msemmijin  hawn taħt:

  1. Permezz tal-lista attwali ta’ NGOs, bħalma huma l-Autism Parents Association, ADHD Malta jew id-Deaf Association Malta. L-Esplora jixtieq jagħti l-appoġġ tiegħu lill-viżitaturi li jirrikjedu assistenza speċjali. Jekk inti NGO li tirrapreżenta xi grupp b’diżabilità, professjonist li taħdem f’dan il-qasam jew inkella ġenitur jew għalliem u tixtieq tikseb aktar informazzjoni dwar il-Karta ta’ Konċessjoni  tal-Esplora, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq:  info@esplora.org.mt
  2. Billi tirrikorri personalment l-Esplora u tippreżenta wieħed minn dawn id-dokumenti:
  3. Ittra ttimbrata/ċċertifikata maħruġa mit-tabib jew konsulent personali tiegħek;
  4. Ittra iffirmata u maħruġa minn professjonist (pereżempju Assistent Soċjali (Social worker), Kap ta’ Skola jew Għalliem) li  tiddikjara għalfejn inti għandek tkun eliġibbli għal Karta ta’ Konċessjoni . (Din trid tkun inħarġet matul dawn l-aħħar sentejn);
  5. Karta Blu  valida bir-ritratt.

Din l-informazzjoni tintuża għall-fini tal-proċess tal-applikazzjoni biss. L-Esplora bl-ebda mod mhu se jżomm jew jikkoppja l-informazzjoni provduta. Biex l-applikant jevita l-kju m’hemmx għalfejn jirrikorri l-Esplora personalment biex japplika għal Karta ta’ Konċessjoni . Il-proċess tal-applikazzjoni għal Karta ta’ Konċessjoni  jista’ jsir mill-persuna li tkun qiegħda tieħu ħsieb jew tassisti lill-applikant, f’isem l-applikant,  billi tipprovdi l-karta tal-identità tal-applikant flimkien mad-dokumenti relevanti, kif ukoll permezz ta’applikazzjoni b’email.  Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ibgħat email fuq: info@esplora.org.mt.

Kif tintuża l-Karta ta’ Konċessjoni  tal-Esplora?

Biex tgawdi mill-benefiċċji u mill-kumidità li għandu x’joffrilek iċ-Ċentru Interattiv waqt iż-żjara tiegħek, int mitlub li ġġib il-Karta ta’ Konċessjoni  miegħek kull darba li żżur l-Esplora.

X’għandek tagħmel jekk titlef il-Karta ta’ Konċessjoni ?

Jekk titlef il-Karta ta’ Konċessjoni , ikollok terġa’ tapplika għal oħra.  Żomm id-dokumenti tal-applikazzjoni oriġinali ħalli jekk ikunu għadhom validi, tkun tista’ terġa’ tużahom.  

Avvenimenti

Milied Ġewwa L-Esplora

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more