X’inhi Il-Karta ta’ Konċessjoni tal-Esplora ?
Il-Karta ta’ Konċessjoni tal-Esplora qiegħda hemm biex tgħin lill-viżitaturi tagħna meta dawn ikollhom bżonn assistenza speċjali minħabba xi kundizzjoni jew diżabilità, u li m’għandhomx il-Karta s-Safra ta’ Diżabilità jew il-Karta ta’ Diżabilità tal-UE. Bil-Karta ta’ Konċessjoni tal-Esplora, viżitaturi li jkollhom dawn il-bżonnijiet jistgħu jidħlu l-Esplora u jgawdu minn kwalunkwe attività addizzjonali għall-prezz ta’ biljett għal persuni b’diżabilità. Il-Karta ta’ Konċessjoni tippermettilhom ukoll idaħħlu magħhom persuna adulta waħda, mingħajr ħlas.
Permezz tal-Karta ta’ Konċessjoni tal-Esplora , il-viżitatur, flimkien mal-persuna rispettiva li tkun qiegħda tieħu ħsiebu jew tassistih, jekk preżenti, ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jistennew fil-kju fiż-żoni ewlenin taċ-Ċentru, għaliex it-tim tagħna se jipprova joffri soluzzjoni alternattiva biex jakkomoda l-viżitatur.
Kif għandek tapplika għall-Karta ta’ Konċessjoni tal-Esplora ?
Il-Karta ta’ Konċessjoni tal-Esplora tista’ tinkiseb b’wieħed mill-modi msemmijin hawn taħt:
Din l-informazzjoni tintuża għall-fini tal-proċess tal-applikazzjoni biss. L-Esplora bl-ebda mod mhu se jżomm jew jikkoppja l-informazzjoni provduta. Biex l-applikant jevita l-kju m’hemmx għalfejn jirrikorri l-Esplora personalment biex japplika għal Karta ta’ Konċessjoni . Il-proċess tal-applikazzjoni għal Karta ta’ Konċessjoni jista’ jsir mill-persuna li tkun qiegħda tieħu ħsieb jew tassisti lill-applikant, f’isem l-applikant, billi tipprovdi l-karta tal-identità tal-applikant flimkien mad-dokumenti relevanti, kif ukoll permezz ta’applikazzjoni b’email. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ibgħat email fuq: info@esplora.org.mt.
Kif tintuża l-Karta ta’ Konċessjoni tal-Esplora?
Biex tgawdi mill-benefiċċji u mill-kumidità li għandu x’joffrilek iċ-Ċentru Interattiv waqt iż-żjara tiegħek, int mitlub li ġġib il-Karta ta’ Konċessjoni miegħek kull darba li żżur l-Esplora.
X’għandek tagħmel jekk titlef il-Karta ta’ Konċessjoni ?
Jekk titlef il-Karta ta’ Konċessjoni , ikollok terġa’ tapplika għal oħra. Żomm id-dokumenti tal-applikazzjoni oriġinali ħalli jekk ikunu għadhom validi, tkun tista’ terġa’ tużahom.