Programm Edukattiv 2025/2026

Esplora, iċ-Ċentru Interattive tax-Xjenza, joffri esperjenzi ta’ tagħlim varju għall-iskejjel, fejn fihom jispira lill-istudenti u jħeġġiġhom jippruvaw l-attivitajiet ippreżentati lilhom. Dawn l-attivitajiet jinkludu xows tax-xjenza, workshops, films tal-Planetarium, esebiti interattivi u ġabra ta’ attivitajiet għal kull sala ta’ esebizzjoni, wirjiet artistiċi, avvenimenti, kif ukoll CPDs għall-edukaturi.

Il-Programm Edukattiv huwa ideali biex jintuża mill-edukaturi li jkunu qegħdin jippjanaw iż-żjara tagħhom ġewwa l-Esplora flimkien mal-istudenti. Dan il-programm jipprovdi dettall fuq l-attivitajiet u l-esperjenzi, skont l-etajiet meħtieġa, u anke skont ix-xahar li wieħed ikun jixtieq jibbukkja. L-għan ewlieni huwa li tiġi kkultivata l-kurżità fix-xjenza u jgħin sabiex il-viżitaturi jkunu aktar kreattivi.

Biex innaqqsu l-konsum tal-karta tagħna, il-programm ta’ din is-sena jista’ jiġi aċċessat b’mod diġitali.

Niżżel il-Programm Edukattiv tiegħek illum!

Nixtiequ wkoll inħeġġu lill-Edukaturi kollha sabiex jissieħbu fil-Grupp Uffiċjali tal-Edukaturi tal-Esplora fuq Facebook. U tinsews tabbonaw ukoll fuq il-Youtube chanel tal-Esplora għal aktar attivitajiet STEM u esperimenti li jistgħu jkunu ta’ kumpliment tat-tagħlim kemm fid-dar kif ukoll fil-klassi!

Effettiv mill-1 ta’ Jannar 2026 – Prenotazzjonijiet ta’ Skejjel u Gruppi


Biex tiġi żgurata esperjenza ta’ prenotazzjoni aktar bla xkiel u servizz imtejjeb għall-iskejjel u l-gruppi, se japplikaw l-arranġamenti ta’ ħlas li ġejjin:


• Il-prenotazzjonijiet kollha tal-iskejjel u tal-gruppi se jiġu pproċessati permezz ta’ trasferiment bankarju, li jippermetti rekords ċari u amministrazzjoni effiċjenti. Il-ħlasijiet fi flus kontanti mhumiex aċċettati.
• Depożitu ta’ 50% huwa meħtieġ permezz ta’ trasferiment bankarju fil-ħin tal-prenotazzjoni biex tiġi żgurata ż-żjara tiegħek.
• Il-50% li jifdal jitħallas permezz ta’ trasferiment bankarju qabel jew fil-jum taż-żjara, bil-prova tal-ħlas ippreżentata fir-reception desk.
• L-iskejjel u l-gruppi huma wkoll mistiedna jissetiljaw l-ammont sħiħ mal-prenotazzjoni għall-konvenjenza miżjuda.
• Jekk jogħġbok innota li d-depożiti u l-pagamenti sħaħ kollha mhumiex rimborsabbli.

 

Avvenimenti

Xjenzanzjan – Taħditiet tax-Xjenza għal Imħuħ Kurjużi

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more