Aħsibha! Oħloqha! Dan il-Karnival fl-Esplora

Żmien il-Karnival huwa divertenti ħafna f’Malta. Huwa żmien iddominat minn kuluri sbieħ, kostumi elaborati, karrijiet oriġinali, arti, mużika u fuq kollox spontanjetà. Huwa żmien speċjali wkoll għat-tfal għax għandhom l-opportunità li jilbsu kostum ta’ xi karattru favorit, jagħmlu l-make-up ma’ wiċċhom, jieklu l-ħelu u saħansitra jgħaddu ħafna ħin mal-familja u mal-ħbieb tagħhom.

Il-vaganzi tal-Karnival huma l-ħin perfett għall-familji biex jidħlu f’dinja mimlija kuluri u jesploraw reazzjonijiet kimiċi waqt li joħolqu invenzjonijiet divertenti b’idejhom. Din is-sena, nistednuk tiġi żżurna waqt il-perjodu tal-Karnival għax iċ-ċentru tax-xjenza se jkun post uniku li għandek iżżur! Flimkien se nesploraw il-kreattività filwaqt li nużaw l-immaġinazzjoni hekk kif nidħlu f’dinja mimlija kuluri u attivitijiet interattivi.

Aħsibha! Oħloqha! Dan il-Karnival fl-Esplora se jittella’ f’dawn il-jiem:

Il-Ħinijiet ta’ Ftuħ se jkun bejn l-10 ta’ filgħodu u l-5 ta’ filgħaxija.

Il-biljetti tad-dħul se jkunu jistgħu jinxtraw mir-Reception mad-dħul fuq bażi ta’ min jasal l-ewwel jinqeda l-ewwel. Ix-Xows tax-Xjenza/Workshops jew Films/Xows tal-Planetarium se jkunu jistgħu jiġu bbukkjati għal kull viżitatur bi ħlas addizzjonali ta’ €1 (applikabbli mill-età ta’ 3 snin ’il fuq).

Xows tax-Xjenza/Workshops

Colours Everywhere – Il-kuluri jsebbħulna ħajjitna u jagħmlu d-dinja post sabiħ sabiex ngħixu fiha. Ingħaqad magħna f’dan ix-xow mimli esperimenti kkuluriti u skopri l-post fejn jiltaqgħu d-dinja tax-xjenza ma’ dik tal-kuluri. Età: 5+ snin.

KreaKarru – Il-Karru tal-Karnival jagħmel parti importanti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din il-ġimgħa! Bl-għajnuna tal-ħabib intelliġenti tagħna MatataBot u bi ftit ħiliet sempliċi tal-coding, tista’ tiddisinja u tpinġi l-karru tradizzjonali tiegħek. Età: 7+ snin.

Dan il-workshop huwa mtella’ bis-support ta’ robocoach u digital.com.mt

Costume Studio – Kull sena, il-Karnival f’Malta jkun żmien sabiex nilbsu kostumi kkuluriti u vivaċi. Din id-darba, se nistednuk biex tuża l-kreattività tiegħek ħalli toħloq u tibni kostum tal-karnival mill-bidu billi tuża materjal mhux tas-soltu – kaxex tal-kartun. Età: 5+ snin.

Let’s See Colour – Waqt dan il-workshop interattiv li jirrakkonta wkoll storja, se tiltaqgħu ma’ Henry il-Qanfud li jkun qed jibda jara l-kulur isfar tax-xemx u l-aħdar tal-ħaxix għall-ewwel darba! Għinu jitgħallem dwar il-kuluri ġodda billi jagħmel użu minn dellijiet ikkuluriti u forom differenti. Età: 2-4 snin.

Films/Xows tal-Planetarium – Waqt iż-żjara tiegħek nistednuk tesperjenza l-Planetarium u tmur fuq vjaġġ eċitanti permezz tal-films u x-xows fantastiċi li jintwerew fih. Il-films u x-xows li se jkunu offruti waqt Aħsibha! Oħloqha! Dan il-Karnival fl-Esplora jinkludu Dream to Fly, We Are Stars, Dinosaurs: A Story of Survival u l-live xow Wonders of the Night Sky. Biex taraw il-ħinijiet u l-ġranet meta jintwerew dawn il-films/xows ninkoraġġukom tiċċekkjaw il-paġna tal-iskeda tal-ġimgħa minn hawnhekk.

Apparti minn dawn ix-xows tax-xjenza u workshops li semmejna, se jkun hemm ukoll diversi attvitajiet oħra li tista’ tipparteċipa fihom u li se jkunu mifruxin fiz-zoni tal-esebiti madwar iċ-ċentru. Dawn jinkludu:

Zona ta’ Makers, Tinkerers u Hobbyists – Diversi persuni li għandhom xi passatment li għandu x’jaqsam ma’ snajja jew ħolqin/bini ta’ oġġetti partikolari jew inkella persuni li għandhom xogħolhom relatat mal-istess ħaġa, se jkunu qegħdin jesebixxu x-xogħol tagħhom f’din iz-zona. Dawn il-persuni se jkunu disponibbli biex jiddiskutu dak li jagħmlu ma’ kwalunkwe viżitatur li jkun interessat.

Chain Reactions – Ingħaqad magħna f’din l-isfida u għinna noħolqu magna li tagħmel biċċa xogħol sempliċi – iddoqq qanpiena.

Code-A-Parade – Għin lill-Matatabot jasal f’postijiet emblematiċi fil-Belt Valletta filwaqt li jevita diversi ostakli li jsib mat-triq.

Facepainting – Nafu li l-viżitaturi ż-żgħar tagħna jħobbu l-facepainting u minħabba f’hekk f’ċertu ħinijiet matul dan l-avveniment se jkun hemm stazzjon ta’ facepainting disponibbli għalihom.

Prezzijiet

Adulti – €7

Tfal/Anzjani – €5

Persuni li għandhom il-Karta tad-Diżabilità – €5

Attività waħda (xow tax-xjenza/workshop/film jew xow tal-Planetarium) jista’ jiġi bbukkjat għal kull viżitatur bi ħlas addizzjonali ta’ 1 għal kull persuna.

Termini u Kundizzjonijiet:

Biljetti complimentary, vouchers, offerti bi skonti, u kwalunkwe offerti oħra ta’ dħul b’xejn ma jistgħux jissarfu waqt Aħsibha! Oħloqha! Dan il-Karnival fl-Esplora.

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more