Boom & Bloom

Esperjenza serata indimentikabbli taħt l-istilel fl-avveniment Boom & Bloom, fejn ix-xjenza tiltaqa’ mal- kuluri, ħsejjes u skoperta!

Dan l-avveniment speċjali jistieden lill-viżitaturi biex igawdu l-Fireworks Festival mill-Esplora, ambjentat fl-isfond tal-Port il-Kbir. Iżda hemm ħafna aktar minn sempliċiment veduta sabiħa, grazzi għall-wirjiet tax-xjenza u l-planetarium. Waqt l-avveniment Boom & Bloom wieħed se jkun jista’ jiċċelebra l-maġija tal-logħob tan-nar filwaqt li jgawdi mill-meravilji tax-xjenza.

Data u ħin: 30t’April, mis-19:00 ’il quddiem

Prezzijiet:

Adulti – €15

Tfal – €10

X’għandek tistenna

Wirja affaxxinanti tal-piroteknika Maltija: Ara s-sema ta’ billejl tieħu l-ħajja grazzi għall-ħsejjes u l-kuluri.

Live Science Show – Sounds Amazing

Skopri r-relazzjoni bejn il-ħsejjes u l-logħob tan-nar f’dan l-ispettaklu tax-xow tax-xjenza popolari tagħna.

Planetarium Show We are Stars

Ivvjaġġa fl-ispazju permezz tal-Planetarium tagħna u tgħallem kif l-atomi li minnu huwa ffurmat il-ġisem  tagħna tnisslu mill-istilel.

Ingħaqad magħna għal lejla li tgħaqqad ix-xjenza mal-ispettaklu. Ġib lil familtek, lil sħabek, u s-sens ta’ meravilja tiegħek—Boom & Bloom hija esperjenza li żgur m’għandekx titlef.

Biljetti minn www.showshappening.com

Avvenimenti

XjenzAnzjan – Serje ta’ Taħditiet dwar ix-Xjenza għall-Anzjani

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more