Bursting with Colour

Ingħaqad magħna biex niċċelebraw Pride 2023 fl-Esplora u idħlu f’dinja ta’ festa xjentifika mimlija kulur. Matul dan l-avveniment iċ-ċentru tax-xjenza se jkun mixgħul b’kuluri differenti. Il-viżitaturi se jkollhom iċ-ċans jesploraw is-sbuħija tal-qawsalla, jesploraw dellijiet differenti, jidħlu ġo bużżieqa kbira, jaraw il-fjamma tbiddel il-kulur u joħolqu disinji kkuluri bl-użu ta’ oġġetti komuni li ssib fid-dar. U għal dawk li jħobbu t-teatru, Esplora se tkun qed tospita wkoll lil Aura – Musical in the Dark b’kollaborazzjoni ma’ Teatru Malta.

Dati u ħinijiet ta’ ftuħ

Dati: Is-Sibt 9 ta’ Settembru u l-Ħadd 10 ta’ Settembru 2023 u mit-Tlieta 12 ta’ Settembru sal-Ħadd 17 ta’ Settembru 2023.

Jekk jogħġbok innota li t-Tnejn 11 ta’ Settembru, Esplora jkun magħluq.

Ħinijet ta’ Ftuħ: Matul il-ġimgħa bejn id-09:00 u t-15:00 u fil-weekend bejn l-10:00 u l-17:00.

Informazzjoni dwar il-Biljetti

Il-biljetti tal-entratura jistgħu jinxtraw BISS mir-reception mad-dħul. Il-prezz tal-biljett huwa:

Il-biljett tad-dħul jinkludi show tax-xjenza jew workshop interattiv. Attivitajiet addizzjonali jistgħu jinxtraw bi ħlas addizzjonali ta’ €2 per kull persuna.

Jekk jogħġbok innota li aċċess għall-musical Aura – Musical in the Dark mhuwiex kopert bil-miżata tad-dħul tal-Esplora. Jekk tixtieq tieħu sehem f’din l-attività, il-biljetti jistgħu jinkisbu biss mis-sit uffiċjali ta’ Teatru Malta: https://teatrumalta.org.mt/events/aura-musical-in-the-dark/#tim-kreattiv

Shows tax-Xjenza/ Workshops Interattivi waqt l-Attività

Colours Everywhere – Show tax-Xjenza 

Deskrizzjoni: Min jista’ jirreżisti show tax-xjenza mimli esperimenti kkuluriti? Ara bukkett tal-fjuri jbiddel il-kulur? Esperimenti kimiċi li jqanqlu l-kurżità tat-tfal. Tista’ tferra’ l-kuluri kollha tal-qawsalla? Jirnexxilna nagħmlu l-logħob tan-nar? Show tax-xjenza li se jgħinkom tiskopru d-dinja ta’ madwarkom.

Età: 5+

Beautiful Bubbles – Show tax-Xjenza 

Deskrizzjoni: Dan ix-show interattiv għandu fih bżieżaq ta’ kull daqs li jitilgħu ‘l fuq, u jduru l-kamra kollha bl-għajnuna tal-viżitaturi! Skopri minn xiex huma magħmulin il-bżieżaq, u kif jiffurmaw. Jista’ wkoll ikollok iċ-ċans li tidħol f’bużżieqa kbira.

Età: 3-6 snin

Let’s See Colour – Sessjoni ta’ Storytelling 

Deskrizzjoni: Dan huwa workshop żviluppat speċifikament għat-tfal iż-żgħar. Minħabba li s-sensi huma importanti ħafna f’dan l-istadju ta’ żvilupp, għażilna li niffukaw fuq is-sens tal-vista u nintroduċu lit-tfal għall-kuluri permezz ta’ dellijiet u light tables. Matul il-workshop, it-tfal jiltaqgħu ma’ Henry, il-Qanfud li qed jara l-kuluri tax-xemx u tal-ħaxix għall-ewwel darba. Għin lil Henry jitgħallem dwar dawn il-kuluri ġodda billi juża d-dellijiet u l-forom. 

Età: 2-4 snin

Colouring with Chemistry – Interactive Workshop

Deskrizzjoni: Ipprepara biex tiskopri d-dinja meraviljuża tal-kimika. Kun artist għal ġurnata u oħloq id-disinji tiegħek billi tuża kimiċi li tista’ ssib id-dar.

Età: 5-8 snin

AURA – Musical in the Dark minn Teatru Malta 

Deskrizzjoni: Rappreżentanza teatrali li tpoġġi lill-udjenza fi dlam totali. Ingħaqad ma’ Lu hekk kif tgħaddi minn avventura kbira madwar il-Planetarium flimkien maż-żewġ missirijiet tagħha. Din hija ċelebrazzjoni tal-kumplessi tal-ħajja u se tkun magħmula permezz ta’ mikrofonu binaurali li jitrasportak madwar dinja fejn kollox ikun perfett ħlief dak li niltaqgħu magħhom bħala persuni queer. Aktar informazzjoni u biex tixtri l-biljetti tista’ tiksibha billi żżur il-website uffiċjali ta’ Teatru Malta: https://teatrumalta.org.mt/events/aura-musical-in-the-dark/?lang=en#ticket-info

Post: Planetarium Dome

Termini u Kundizzjonijiet Ġentilment nixtiequ ninfurmawkom li jistgħu jittieħdu xi ritratti/filmati waqt Bursting with Colour. Il-preżenza tiegħek waqt dan l-avveniment tikkostitwixxi kunsens biex jittieħdu ritratti/filmati għal skopijiet ta’ Marketing u pubbliċità. Jekk ma tixtieqx li tidher f’dawn ir-ritratti/filmati, jekk jogħġbok kellem lil membru tar-Reception tagħna. Dawn jagħtuk stiker speċjali biex tippermetti lill-fotografu/videographer tagħna jidentifikak u ma jinkludikx fl-ebda ritratt/filmat. Aktar informazzjoni tingħata mir-Reception tagħna.

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more