Choco-Late – 29 ta’ Marzu 2019
Inti lest għal Choco-Late?
|
Iċ-Choco-late huwa l-avveniment ta’ Esplora ta’ din is-sena għall-adulti biss u bħala t-titlu jindika, dan se jkun avveniment dwar iċ-ċikkulata. Dan l-avveniment qed jerġa’ jiġi organizzat b’kollaborazzjoni ma’ l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) u flimkien se nkunu qed nesploraw ix-xjenza wara l-produzzjoni taċ-ċikkulata u ċ-ċikkulata. Se nkunu qed nuru dimostrazzjonijiet, workshops u attivitajiet prattiċi fuq diversi suġġetti relatati bħal skulturi magħmulin miċ-ċikkulata, tqabbil taċ-ċikkulata ma’ l-inbid, esperimenti taċ-ċikkulata u aktar.
|
|
Data: id-29 ta’ Marzu 2019
Ħin: 18:00 – 22:00
Età: 17+
Biljetti: Biljett normali €10
Inkluż it-Tqabbil tal-Inbid €12 (numru limitat ta’ biljetti disponibbli)
Biljetti jistgħu jinxtraw minn: hawn
Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 23602300
Biex tara r-ritratti ta’l-avveniment għafas hawn
Workshops u Attivitajiet Hands-on
Skulturi taċ-Ċikkulata
|
|
|
|
Meta taħseb dwar skultura tista’ taħseb ġebel, bronż jew kwalunkwe materjal ieħor. F’Esplora aħna qed nesperimentaw biċ-Ċikkulata. L-istudenti u l-letturi tal-ITS b’talent kbir se juru kif il-biċċiet tal-iskultura taċ-ċikkulata jinħolqu u jintramaw flimkien bl-użu ta’ xejn iktar ħlief iċ-ċikkulata.
|
Cocktails taċ-Ċikkulata
|
|
|
Trid timpressjoni lil sħabek fil-festin li jmiss? Mela ejja u duq il-cocktails ibbażati fuq iċ-ċikkulata b’riċetti mħejjija mill-istudenti ta’ l-ITS u esperjenza il-kombinazzjoni bejn xarbiet alkoħoliċi u mhux alkoħoliċi għal taqbila perfetta taċ-ċikkulata.
|
Garnishes taċ-Ċikkulata
|
|
|
L-Għid daqlwaqt magħna, allura għaliex ma tesplorax xi modi interessanti biex iżejjen l-ħelu ta’l-Għid tiegħek. Ftit sempliċi ħafna u oħrajn pjuttost aktar ikkomplikati. F’dan il-workshop, inti tkun kapaċi tesplora metodi biex toħloq verniċ taċ-ċikkulata bl-għajnuna ta’ studenti u esperti ta’ l-ITS.
|
Tqabbil taċ-Ċikkulata u l-Inbid
|
|
|
Sejħa lil dawk kollha li jħobbu l-inbid u ċ-ċikkulata! L-esperti tagħna minn ITS ser jieħduk għal esperjenza edukattiva u pjaċevoli ta’ l-inbid u ċ-ċikkulata. Skopri r-regoli u s-sigrieti dwar kif iċ-ċikkulata tista’ titqabbel ma’ ċerti nbejjed billi tuża s-sensi tagħna ta’ vista, riħa u togħma.
|