Milied fl-Esplora

X’inhuma l-isbaħ memorji tiegħek tal-Milied? Ikla mal-familja jew mal-ħbieb, is-siġra tal-Milied, id-dar mimlija dekorazzjonijiet, il-mulled wine jew ir-rigali? F’dawn il-jiem ta’ festi inħeġġuk biex iżżid mal-memorji maġiċi tiegħek u tingħaqad magħna fl-Esplora hekk kif iċ-ċentru tax-xjenza jipprepara biex jiċċelebra l-istaġun tal-festi.

Bejn is-Sibt 17 ta’ Diċembru 2022 u l-Ħadd 8 ta’ Jannar 2023, Esplora se jkun mimli attivitajiet hekk kif innisġu x-xjenza mal-ferħ li jġib miegħu żmien il-Milied b’varjetà ta’ xows tax-xjenza u workshops li għandhom jolqtu lill-viżitaturi kollha. Din is-sena se nkunu qegħdin nesploraw ix-xjenza u t-teknoloġija permezz tal-meravilji tal-Milied.

Matul dawn il-jiem għandna wkoll offerta speċjali għalikom! Se nkunu qed nagħtu entratura għat-tfal b’xejn ma’ kull adult li jħallas. L-offerta hija valida għal tfal ta’ 15-il sena ’l isfel.

Matul iż-żjara tiegħek, inħeġġuk tesperjenza wkoll il-Planetarium fejn permezz tiegħu tista’ tivvjaġġa lejn l-Univers u lura! Se nkunu wkoll qegħdin nintroduċu Film tal-Planetarium ġdid – Dinosaurs, A Story of Survival. U kif tkun qiegħed l-Esplora tinsiex iżżur ukoll l-EsploraCafè u tipprova l-menu delizzjuż li għandna għalikom waqt dan iż-żmien tal-Milied.

Il-biljetti tad-dħul għal Milied fl-Esplora jistgħu jinxtraw mir-Reception mad-dħul fuq bażi ta’ min jasal l-ewwel jinqeda l-ewwel. Ix-Xows tax-Xjenza/Workshops jew Planetarium Films/Xows jistgħu jiġu bbukkjati għal kull viżitatur bi ħlas addizzjonali ta’ €1 mir-Reception tal-Esplora.

Xows tax-Xjenza / Workshops

Once Upon a Christmas – Ingħaqad magħna f’dan il-workshop interattiv fejn fih se mmorru vjaġġ ma’ Santa Claus biex nesploraw ftit kif jiċċelebraw il-Milied il-familji Malti u Għawdxin. Età: 3-6 snin.

Lights, Camera, Action! – Tħobbhom il-films tal-Milied? Ingħaqad mal-film crew ta’ Esplora u għinhom joħolqu l-maġija tal-Milied hekk kif jikkreaw elementi minn films klassiċi bl-użu tax-xjenza u teknoloġija bħalma huma t-teknoloġija tal-Green Screen u l-Foley sound effect. Età: 5+ snin.

Santa’s Sleigh Workshop – Fl-Esplora, iddisinjajna s-sleigh ta’ Santa biex inkludejnilha s-sewqan awtomatiku. Issa huwa ċ-ċans tagħkom biex tittestjaw din l-isleigh! Ibni sleigh imħaddma minn sphero u suqha bl-użu ta’ K’NEX biex tqassam ir-rigali madwar Malta u Għawdex. Età: 7+ snin. Dan il-workshop huwa appoġġjat minn robocoach u digital.com.mt.

Prezzijiet

Adulti – €7 (jingħataw entratura waħda tat-tfal b’xejn ma’ kull adult imħallas)

Tfal extra / Persuni li għandhom il-KartaAnzjan jew il-Karta tal-Identità tas-60+ – €5

Persuni li għandhom il-Karta tad-Diżabilità – €5 (flimkien ma’ carer wieħed b’xejn)

Xow tax-Xjenza/workshop jew Planetarium Film –  €1 kull viżitaturi li titħallas fir-Reception ta’ Esplora. Kull persuna tista’ tibbukkja biss attività (xow tax-xjenza/workshop/film tal-Planetarium) waħda.

Ħinijiet ta’ Ftuħ

Is-Sibt 17 ta’ Diċembru mill-10 am sal-5 pm

Il-Ħadd 18 ta’ Diċembru mid-9 am sal-5 pm

It-Tnejn 19 ta’ Diċembru Magħluq

It-Tlieta 20 sal-Ħamis 22 ta’ Diċembru mid-9 am sat-3pm

Il-Ġimgħa 23 ta’ Diċembru sas-Sibt 24 ta’ Diċembru mill-10 am sal-5pm

Il-Ħadd 25 sat-Tnejn 26 ta’ Diċembru Magħluq

It-Tlieta 27 sas-Sibt 31 ta’ Diċembru mill-10am sal-5pm

Il-Ħadd 1 u t-Tnejn 2 ta’ Jannar Magħluq

It-Tlieta 2 sal-Ħadd 8 ta’ Jannar mill-10am sal-5pm

Termini u Kundizzjonijiet

Dan il-Milied agħti rigali differenti u investi f’memorji li jdumu tul ħajjitkom kollha! Ingħaqad magħna l-Esplora għal esperjenza unika u divertenti.

Avvenimenti

L-Esplora tiċċelebra l-Għid!

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more