Climate Revolution

Climate Revolution hija produzzjoni teatrali live li hija miġjuba lilkom minn Toi Toi: Teatru Manoel Education Programme u se ssir fl-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza nhar is-Sibt, 12 ta’ Ġunju, 2021 u l-Ħadd 13 ta’ Ġunju 2021. Se jkun hemm 2 rappreżentazzjonijiet kuljum – waħda fil-11 ta’ filgħodu u l-oħra fis-2.30 ta’ waranofsinhar.

Storja: Il-kriżi fil-klima tad-dinja tant saret gravi li Gaia, id-Dinja nnifisha, ħadet forma umana biex tikkonvinċi żagħżugħ sabiex imexxi Rivoluzzjoni Klimatika. L-Ewwel Pass: Kampanja dinjija biex jitnaddfu kemm l-art kif ukoll il-baħar mill-plastik. Iżda din il-kampanja ma jistgħux jagħmluha waħidhom – għandhom bżonn is-sapport kollu li jistgħu jiksbu. Trid tkun rivoluzzjonarju inti wkoll:

Ingħaqad magħna għal din il-produzzjoni meraviljuża. Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn hawn

Ideali għal Etajiet: 8 sa 11-il sena

climaterevolution-website

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more