CSI fl-Esplora: Il-Ġimgħa ta’ Halloween

Il-faxxinu għax-xjenza forensika kiber ħafna f’dawn l-aħħar ftit snin, u ż-żieda fil-popolarità tal-programmi televiżivi kif ukoll tal-kotba li jkopru dan is-suġġett, għenu biex tissolidifika din is-CSI-mania madwar id-dinja. Dan il-Halloween, fl-Esplora, ħloqna avveniment tematiku speċjali li jiffoka fuq ix-xjenza forensika. Il-viżitaturi tagħna huma mistiedna jilbsu l-kpiepel tax-xogħol tal-investigaturi, jidħlu fid-dinja tax-xena tal-kriminalità u tal-investigazzjoni u jesploraw ix-xjenza forensika permezz ta’ attivitajiet differenti tas-CSI. L-attivitajiet huma kkaratterizzati għall-familja kollha. Fiċ-ċert li dan l-avveniment se jagħmilkom aktar ħerqana biex titgħallmu aktar dwar dan is-suġġett intriganti.

Matul il-ġimgħa ta’ Halloween, li fl-Esplora se tibda nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Ottubru u tintemm nhar l-Erbgħa 2 ta’ Novembru, il-viżitaturi se jkollhom iċ-ċans jitgħallmu d-dettalji metikolużi kollha li wieħed jista’ jsib f’xeni differenti ta’ delitti, mill-bidu tal-investigazzjoni sal-aħħar. CSI fl-Esplora: Il-Ġimgħa ta’ Halloween se ssir fid-dati u l-ħinijiet li ġejjin:

Ingħaqad magħna għal dan l-avveniment impenjattiv u jkollok iċ-ċans li tipprova diversi attivitajiet hands-on li se jinstabu fi stazzjonijiet differenti madwar Esplora.

Uħud mill-attivitajiet li se tkun tista’ ssib matul is-CSI fl-Esplora: Il-Ġimgħa ta’ Halloween huma dawn li ġejjin:

Fingerprinting station – Xi ħadd ħalla l-marki tas-swaba’ fuq ix-xena tar-reat! Hawnhekk tkun tista’ tanalizza dawn il-marki tas-swaba’ li jaqblu ma’ dawk tas-suspettati. Se jirnexxilek issib il-kriminal?

Chromatography station – Kont taf li karti u noti miktuba jistgħu jiġu analizzati fil-fond biex tinstab l-għodda użata biex inkitbu? Tgħallem aktar dwar dan meta żżur dan l-istazzjon.

Handwriting analysis station – Għandek evidenza li taqbel mal-istil tal-kaligrafija użata fuq in-nota? Ħu ċ-ċans tiegħek li ssib il-persuna ħatja f’dan l-istazzjon.

Fabric analysis station – L-evidenza tista’ tinġabar ukoll mid-drappijiet. Dan l-istazzjon jagħtik l-opportunità li tanalizza l-biċċa drapp li nstabet fix-xena tar-reat. Investiga d-drapp taħt mikroskopju speċjali biex tara min hu liebes dak l-istess materjal! Tgħid wasalt pass eqreb biex issib il-persuna ħatja?

DNA extraction – Ħafna mix-xeni tar-reat joffru sors ta’ DNA li jista’ jinġabar u jiġi analizzat aktar.  F’dan l-istazzjon se nkunu qed nesploraw metodi dwar kif noħorġu d-DNA mill-frott u l-ħaxix. Dan il-metodu huwa simili ħafna għall-estrazzjoni tad-DNA fil-ħajja reali.

Toxicology station – Ċertu xeni tal-krimini jinvolvu sustanzi li jistgħu jkunu velenużi. Hawnhekk se niffokaw fuq l-analiżi tal-pH misjuba f’diversi sustanzi. Qabbel u skopri x’kienet is-sustanza misjuba fix-xena tar-reat.

Autopsy lab – Għalkemm ma kienx hemm qtil fix-xena tad-delitt tagħna, xorta se nkunu qed niskopru wħud mid-dettalji li x-xjentisti forensiċi jitgħallmu waqt li jagħmlu awtopsja. Hawnhekk tkun tista’ titgħallem aktar dwar organi bħal qlub, l-istonku u l-pulmuni.

Tħossok li għandek passjoni għal din it-tip ta’ skoperta u informazzjoni? Ingħaqad magħna għal CSI fl-Esplora nhar il-Ġimgħa ta’ Halloween, u oħroġ dawk il-ħiliet investigattivi li qed jitnibtu fik!

 

Il-prezzijiet huma:

 

Termini u Kundizzjonijiet:

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more