Discovering the Big Blue

ESEBIZZJONI TA’ KREATURI TAL-BAĦAR MAGĦMULA MINN inflatables ta’ daqs reali u bosta attivitajiet!

Trid tara balena żgħira ta’ 4 metri jew mudelli ta’ daqs reali ta’ denfil, kelb tal-baħar u fekruna tal-ilma? Issa huwa ċ-ċans tiegħek hekk kif Esplora se tiftaħ il-bibien tagħha għal Discovering the Big Blue – the Marine Wildlife Exhibition.

L-Għan

L-għan ta’ din l-esebizzjoni hu li tenfasizza d-diversità fantastika tal-ambjent tal-Oċejan, minn baleni kbar għal organiżmi ċkejknin, li kollha jagħmlu parti mid-dinja ta’ taħt l-ilma madwar il-kosta ta’ Malta. Wirja edukattiva, interattiva u divertenti, immirata għall-viżitaturi ta’ kull età, li fiha se jkun hemm ukoll il-kontribut ta’ diversi organizzazzjonijiet li jixtiequ jenfasizzaw ix-xogħol li jsir sabiex l-ambjent marittimu jibqa’ protett. Ingħaqdu magħna u ibdew vjaġġ ta’ skoperta fil-fond tal-baħar.

X’tista’ ssib?

Discovering the Big Blue – the Marine Wildlife Exhibition se tkun esebita fl-Esplora mit-Tlieta 15 ta’ November sal-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2022.

Ħinijiet ta’ Ftuħ tmiem il-Ġimgħa (Is-Sibt u l-Ħadd)

10:00 ta’ filgħodu sal- 5:00 ta’ filgħaxija

Ħinijiet ta’ Ftuħ matul il-Ġimgħa:

9:00 ta’ filgħodu san-12:30 ta’ waranofsinhar: miftuħa għall-iskejjel biss

12:30 ta’ waranofsinhar – 3:00 ta’ waranofsinhar: miftuħa għall-viżitaturi kollha

Din l-Esebizzjoni mhux se tkun bi ħlas addizzjonali.

website-750x500

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more