Eggstronaut Challenge

L-Eggstronaut tiegħek huwa maqbud fuq l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali! Hemm bżonn li tgħinu jinżel lura fuq id-Dinja. Ibni vettura spazjali u pprova niżżel lill-povru Eggstronaut fiha mingħajr ma tkissru. Kun kreattiv u sfida lill-ħbieb u lil tal-familja! Liema Eggstronaut se jibqa’ sħiħ?

Esplora u Ibni

Il-bajd tat-tiġieġ jista’ jkun aktar minn sempliċiment ingredjent f’riċetta. Il-qoxra fraġili tagħhom tagħmilhom ideali għal bosta esperimenti xjentifiċi. Din l-isfida l-ġdida tal-Esplora għandha tispira tfal u adulti biex ifittxu diversi materjali li jgħinuhom jipproteġu bajda friska tat-tiġieġ meta mitfugħa għal isfel, minn post għoli. Segwi dawn l-indikazzjonijiet:

  1. Oħloq Eggstronaut billi tpinġi u żżejjen bajda friska f’forma ta’ astronawta.
  1. Agħżel il-materjal ideali għall-vettura spazjali tiegħek. Oħloqha b’reqqa kbira sabiex tipproteġi l-bajda milli tinkiser. Għall-ispirazzjoni, tista’ tagħmel riċerka dwar ‘egg drop challenges’ oħra fuq l-internet. Ħjiel: Jista’ jkollok bżonn xi wħud minn dawn l-oġġetti: boroż suwed jew basktijiet tal-plastik, gazzetti, leaflets jew magażins, spag, tejp, imqass, materjal għall-ippakjar bħal bubble wrap, lastiku, materjali riċiklati oħra bħal tazez tal-yoghurt, kartun tal-ħalib, kartun ieħor jew fliexken.
  1. Ipprova l-vettura spazzjali mingħajr il-bajda.
  1. Poġġi l-Eggstronaut fil-vettura spazzjali u mur fuq il-bejt jew xi post ieħor għoli fid-dar – hawnhekk hemm bżonn ta’ superviżjoni minn adult.
  1. Itfa’ l-vettura spazjali għal isfel.

L-Eggstonaut tkisser jew baqa’ sħiħ?

Għal aktar għajnuna, tista’ tniżżel l-Eggstronaut Challenge Activity Sheet

eggstronaut-challenge-website

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more