ENTRATURA B’XEJN GĦAT-TFAL MATUL L-ISTAĠUN TAL-FESTI!

Hekk kif il-ġranet jibdew jitwalu u l-arja tibda tiksaħ, tibda tħoss dik il-maġija li jġibu magħhom il-festi tal-Milied. Din is-sena se tkun waħda unika fl-Esplora hekk kif għandna ppreparat rigal veru speċjali. It-tfal kollha li se jżuru Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza bejn l-1 ta’ Diċembru 2020 u s-6 ta’ Jannar 2021 se jidħlu B’XEJN! Ix-xahar ta’ Diċembru mhuwiex staġun ta’ ferħ u hena għal xejn!

 

Matul ix-xahar ta’ Diċembru fl-Esplora se jkollna spettakli mill-isbaħ u attivitajiet fantastiċi kollha bit-tema speċjali tal-festi tal-Milied iżda b’laqta xjentifika. Gawdu ftit mill-ferħ tal-Milied flimkien magħna f’dan iċ-ċentru interattiv u skopru li l-maġija u x-xjenza mhumiex daqshekk differenti minn xulxin!

 

Din l-offerta hija valida għal tfal bejn 0 u 15-il sena.

 

Nixtiequ ninkoraġġukom sabiex, qabel iżżuruna, tiċċekkjaw il-Ħinijiet tal-Ftuħ tagħna minn fuq dan is-sit. Dawn tistgħu ssibuhom minn hawn: https://esplora.org.mt/sighat-ta-ftuh/?lang=mt

 

child-free-entrance-website

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more