Erba’ benefiċċjarja mħabbra għall ewwel Fond Komunitarju STEM 2021

Iċ‑Ċentru Interattiv tax‑Xjenza Esplora ħabbar il-benefiċċjarja tal‑ewwel Fond Komunitarju STEM 2021.

Erba’ proġetti komunitarji STEM (fix‑Xjenza, t‑Teknolġija, l‑Inġinerija u l‑Matematika)  ser jingħataw il-fondi biex iwettqu riċerka fi ħdan il-komunità, b’somma globali ta’ 24,000 ewro.

Ir‑rebbieħa huma:

Equal by Nature mill‑Malta Chamber of Scientists. Dan il‑proġett għandu l‑għan li juża l‑ġenetika biex iqarrab nazzjonalitajiet differenti. Se jitħejjew serje ta’ workshops fejn persuni mill‑komunità ta’ migranti se jiġu esposti għall‑prinċipji fundamentali tal‑ġenetika. Dawn il‑workshops se jgħinu biex jispjegaw il‑ġenetika b’mod impenjattiv u interattiv. Se jkunu qed jaħdmu mill‑qrib ma’ xjentisti u artisti u fil‑workshops tat‑tieni fażi se jiffukaw fuq l‑iżvilupp ta’ installazzjoni artisitika għall‑Festival ‑ Science In the City li tirrappreżenta l‑unità filwaqt li tiċċelebra d‑diversità.

Establishing Ecological Corridors for Fauna Species minn BirdLife Malta. Proġett bil‑għan li jixħet dawl fuq il‑movimenti u d‑drawwiet ta’ żewġ speċi ta’ fawna komuni, il-kamaleonte u l-qanfud li għad ma hemmx daqshekk informazzjoni dwarhom.

Il‑movimenti tagħhom se jiġu ttraċċati bis‑saħħa ta’ tags żgħar u ħfief li se jitpoġġew fuq l-annimali. Mill‑informazzjoni li se tinġabar, bħall-ambjenti fejn jippreferu jgħixu u dawk li jistgħu jkunu ta’ theddida BirdLife tittama li tasal għal ħjiel siewja li sabiex wieħed jipproteġi aħjar lil dawn l‑ispeċijiet ikoniċi.

Malta Code 4 Earth by Secretariat for Catholic Education. Il‑proġett għandu l‑għan li jinvolvi lill‑istudenti bil‑mudell ta’ inkjesta xjentifika filwaqt li jiġi akkumpanjat bl‑użu ta’ kits edukattivi. L‑ambjent huwa l‑punt fokali ta’ dan il‑proġett.

Bħala riżultat tal‑impenn tagħhom ut‑tagħrif miksub permezz ta’ dawn il‑lezzjonijiet fil‑klassi u l‑kitts, l‑istudenti se jiżviluppaw proġetti relatati li għandhom l‑għan li jirriflettu dan l‑għarfien.

Get in Motion to Save the Ocean (GMSO) mill‑Iskola Santa Monica. Dan il‑proġett għandu l‑għan li jimplimenta miżuri li jikkontribwixxu lejn ekonomija ċirkolari. Tnaqqis fl‑użu tal‑plastik li jintuża darba biss, sforzi nazzjonali ta’ afforestazzjoni, għarfien akbar dwar il‑proliferazzjoni tal‑mikroplastiċi tul iż‑żoni kostali Maltin u l‑promulgazzjoni ta’ prattiċi tax‑xjenza taċ‑ċittadini huma wħud mill-għanijiet tal-proġett.

Il‑Fond Komunitarju STEM huwa skema li tqarreb ix‑xjenza u s‑soċjetà, permezz tal-iffinanzjar ta’ proġetti fil‑komunità relatati ma’ temi STEM. Dan il‑fond huwa wieħed mill‑inizjattivi tal‑iSTEM Engagement Working Group immexxi mill‑Esplora. Fost oħrajn, il‑Working Group jinkludi rappreżentanti mill‑Kunsill Malti għax‑Xjenza u t‑Teknoloġija (MCST), mill‑Ministeru għall‑Edukazzjoni, l‑Università ta’ Malta, l‑MCAST, il‑Jobsplus u Tech.mt.

Għal aktar tagħrif, ikteb lill‑iSTEM Engagement Team fl‑Esplora fuq stemengagement.esplora@esplora.org.mt 

 

Group,Of,Diverse,Kids,Learning,Environment,At,Farm          Never,Getting,Bored,Together.,Adorable,Youngsters,Reuniting,At,A,Table

Avvenimenti

Milied Ġewwa L-Esplora

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more