Esplora AfterHours – Il-biljetti huma mibjugħa kollha

👩🏻: Isma, ġieli mort l-Esplora?

👱‍♂️: Għadni le. M’għandix tfal imma xi darba mmur bin-neputija!

👩🏻: M’għandekx bżonn tfal biex tmur. L-aħħar darba mort ma’ ħabibti, tal-ġenn eh!

👱‍♂️: Eh tajjeb, immorru bħala grupp?

👩🏻: Ħa jagħmlu event għal kbar biss fl-1 ta’ Lulju… X’nagħmlu?

👱‍♂️: Iiii bomba… Ħa niċċekkja l-paġna ta’ FB u naqta’ l-biljetti mela.

 

Għandek kurżità dwar x’inhu Esplora imma qatt ma kellek ċans tiġi? Esplora Afterhours hija l-opportunità perfetta għalik! Esperjenza l-Esplora b’mod differenti f’lejla mimlija mużika, ikel, u cocktails u ħafna aktar. F’din il-lejla unika, Esplora se jkun qed jiftaħ il-bibien tiegħu għall-adulti biss fejn il-viżitaturi tagħna se jkunu jistgħu jesploraw iċ-ċentru bil-libertà kollha u jużaw ’l fuq minn 200 esebit interattiv. Apparti minn hekk, se tkun tista’ tesperjenza xow fuq barra mimli demostrazzjonijiet bin-nar, jew forsi jinteressak iktar, xi naqra ġelat magħmul bil-Liquid Nitrogen.

Dak mhux kollox! Il-parti ta’ barra t’Esplora ser tinbidel f’atmosfera mżewqa bil-mużika live, żona bis-sufanijiet, barijiet tax-xorb u l-ikel u anke cocktails oriġinali ta’ Molecular Fusion għal dik in-naqra differenza xjentifika.

Esperjenza l-Esplora kif qatt ma rajtha qabel għal lejl wieħed esklussiv għal kbar biss!

Data: il-Ġimgħa l-1 ta’ Lulju 2022

Ħin: 20:00 – 23:30

Dħul: €12 (jinkludi tazza, welcome drink u ġelat)

Biljetti: Il-biljetti għal dan l-avveniment huma mibjugħa

 

X’ser issib:

 

X’se tagħmel, se tiġi?

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more