Esplora, iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza u l-Akkwarju Nazzjonali ta’ Malta jingħaqdu biex flimkien iwasslu kontenut onlajn lill-familji waqt il-kriżi tal-Coronavirus

Esplora, iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza*, li jinsab il-Kalkara u l-Akkwarju Nazzjonali ta’ Malta, li jinsab San Pawl il-Baħar, ingħaqdu sabiex, permezz tal-Facebook, iwasslulkom ix-xjenza fid-djar tagħkom. Minn mindu laqtitna l-pandemija tal-Coronavirus f’Malta, iż-żewġ ċentri baqgħu għaddejjin b’ħidmiethom fil-qasam tal-komunikazzjoni tax-xjenza. Fil-ġimgħat li ġejjin is-Science Communicators tal-Esplora u l-akkwaristi tal-Akkwarju se joħolqu  kontenut immirat għat-tfal u relatat mal-oċejan u l-konservazzjoni.

L-ewwel sessjoni onlajn se tixxandar live fuq il-paġni ta’ Facebook @esploramalta@maltanationalaquarium rispettivament nhar il-Ħamis 14 ta’ Mejju fit-3 pm.

Għalhekk nistednukom tippreparaw ruħkom għall-ewwel attività onlajn: Ħarsa fil-baħar. Agħfsu like u segwu l-paġni tagħna ta’ Facebook sabiex issiru tafu x’materjal tridu tippreparaw għal din l-attività.

Ħudu gost u ħudu ħsieb!

*Esplora kien parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-iŻvilupp Reġjonali

 

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more